Barranin
Żewġt itfal fl-Indja nqatlu għax għamlu l-bżonnijiet tagħhom fit-triq

Żewġt irġiel fl-Indja ġew arrestati u mistennija jkunu akkużati bil-qtil brutali ta’ żewġt itfal.

Il-każ seħħ f’Madhya Pradesh, meta Roshni ta’ 12-il sena u Avinash ta’ 10 snin mietu wara li qalgħu xebgħa b’lasti tal-injam.

Qed ikun irrappurtat li t-tfal, li huma kuġini, ġew attakkati meta ntlemħu jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom barra,

Missier it-tfal qal lill-midja li huwa jagħmel xogħol manwali u ma jaqlax biżżejjed flus biex joħroġ lil familtu mill-faqar, tant li ma jaffordjax jixtri loki fid-dar.

Skont is-sistema Induwista, din il-familja hija fil-qiegħ tal-istrata soċjali, waqt li l-irġiel suspettati li qatlu lit-tfal jiffurmaw parti mill-ogħla strata tas-soċjetà.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Barranin

Ajruplan b’numru ta’ passiġġieri li għadhom ma ġewx identifikati ġġarraf fl-Afghanistan. L-inċident seħħ f’Deh Yak distrtt f’Ghazni. Skont kelliem tal-gvern, l-ajruplan iġġarraf u belgħu n-nar minħabba ħsarat tekniċi. Aktar dettalji…

Barranin

Fl-Awstralja mara mietet waqt kompetizzjoni tal-ikel li fiha l-parteċipanti riedu jieklu kemm jifilħu pasti tradizzjonali biċ-ċikkulata tal-lamingtons. Il-mara ta’ 60 sena kienet qed tieħu sehem fil-kompetizzjoni li saret fi Queensland fejn kienet…

Barranin

Il-futur politiku ta’ Matteo Salvini xejn mhu jidher sabiħ hekk kif qed iħabbat wiċċu ma’ disfatta wara li l-partit tiegħu tal-Lega ma tantx kiseb voti fl-elezzjonijiet reġjonali partikolarment fir-Reġjun li…

Aktar