Barranin
Żewġt itfal imutu wara li siġra waqgħet fuq it-tinda tagħhom fit-Toscana

Żewġ aħwa bniet ta’ 3 snin u 14-il sena tilfu ħajjithom fl-Italja meta siġra kbira dalgħodu waqgħet fuq it-tinda li kienu reqdin fiha.

It-tfal kienu qed jikkampjaw ma’ membri tal-familja f’Marina di Massa, fit-Toscana, meta siġra kbira nqalgħet bi tromba tal-arja u waqgħet fuq it-tfal għall-ħabta tas-7.00am.

Iż-żewġt itfal mietu l-isptar wara li ġarrbu ġrieħi serji, filwaqt li oħthom il-kbira ta’ 19-il sena weġġgħet ħafif. Il-ġenituri ma ġralhom xejn.

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte offra l-kondoljanzi lill-familja u esprima sogħba għall-mod kif il-vaganza tagħhom inbidlet fi traġedja.