Żfin Tango f’Ruma għal għeluq snin il-Papa Franġisku

F’għeluq snin il-Papa Franġisku, mijiet ta’ żeffiena tat-tango inġabru ħdejn Castel Sant’Angelo f’Ruma tard wara nofsinhar u qattgħu sigħat jiżfnu mal-mużika favorita tagħhom għall-Papa.

Aktar kmieni nhar l-Erbgħa li għadda, ż-żeffiena kienu fil-Vatikan ikantaw ‘Happy Birthday’ f’għeluq it-78 sena tiegħu.

Il-Papa li twieled f’Buenos Aires fis-17 ta’ Diċembru 1936 sema’ verżjonijiet differenti bl-Ispanjol, bit-Taljan u b’lingwi oħra huwa u għaddej minn Pjazza San Pietru.

Il-Papa Franġisku li sar l-ewwel Papa mill-Amerika Latina fl-2013, iħobb ħafna ż-żifna assoċjata mal-pajjiż fejn twieled – l-Arġentina.