Lokali
Żgħażagħ ġew f’Malta b’dokumenti ta’ ħaddieħor – is-sentenza tingħata l-ġimgħa d-dieħla

Grupp ta’ tmien żgħażagħ ta bejn is-16 u l-25 sena – ħamsa mis-Sudan u tlieta mill-Eritrea – ammettew li ġew Malta fuq titjira minn Bari b’dokumenti ta’ ħaddieħor.

Is-sentenza tagħhom se tingħata l-ġimgħa d-dieħla.

Intant, il-maġistrat irrakkomandat lid-direttur tal-ħabs biex uħud minnhom jiġu invistati minn tabib minħabba problemi ta’ saħħa li ż-żgħażagħ qed jilmentaw dwarhom.