Lokali
Żgħażagħ Għawdxin jistgħu jerġgħu japplikaw għall-iskema ‘work trial scheme for youths’

Studenti u żgħażagħ Għawdxin ta’ bejn is-16 u l-20 sena jistgħu jerġgħu japplikaw għall-iskema ‘work trial scheme for youths’ li permezz tagħha jgawdu minn ħlas ta’ €85 fil-ġimgħa għal total ta’ €425 tul l-iskema kollha.

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana qalet li l-iskema tidħol fis-seħħ fil-5 t’Awwissu sas-6 ta’ Settembru u għandha l-għan li żgħażagħ Għawdxin jesperjenzaw id-dinja tax-xogħol ma’ kumpaniji privati jew organizzazzjonijiet mhux governattivi. Dr Caruana qalet li b’din l-iskema, iż-żgħażagħ se jkollhom l-opportunitá jiksbu aktar għarfien u ħiliet dwar il-karrieri professjonali tagħhom ghall-ġejjieni.

L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-website tal-Ministeru għal Għawdex  www.mgoz.gov.mt jew mill-mobile app ‘mygozo’ bejn l-1 u l-5 ta’ Lulju li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Fl-isfond ta’ dawn l-iżviluppi, il-President George Vella kellu laqgħat separati mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-Palazz ta’ San Anton. Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li Dr…

Kisbiet

Tifel Għawdxi ta’ tmien snin dalgħodu sfida l-baħar qawwi meta għamel għawma minn Kemmuna għal Għawdex f’inqas minn siegħa. Liam Daly għamel din l-għawma biex iqanqal iktar għarfien dwar il-ħsara…

Riċerka u Innovazzjoni

Il-Malta Enterprise u ċ-Ċentru dwar ir-Riċerka tal-Kannabis tal-Università McGill iffirmaw ftehim għall-kollaborazzjoni fil-qasam tal-kannabis mediċinali. Il-Malta Enterprise u l-Università McGill tal-Kanada ffirmaw memorandum of understanding għall-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka dwar il-mediċina…

Qorti

Ċittadin Amerikan li joqgħod tas-Sliema ġie ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta l-akkużi li għamel b’kemm jiswew €72,000 fi ħsara f’żewġ lukandi f’San Ġiljan u fir-residenza…

Aktar