Lifestyle
Żgħażagħ jitħarrġu għall-isfida biex jitilgħu l-muntanja Kilimanjaro

Għaddej ġmielu t-taħriġ biex grupp ta’ żgħażagħ jitilgħu fuq il-muntanja Kilimanjaro ħalli jinġabru flus għal tfal b’diżabilità fl-Etijopja. Il-Kilimanjaro Challenge li bdiet 14-il sena ilu, diġà għenet disa’ proġetti filantropiċi fl-Afrika.

Grupp ta’ żagħżagħ magħmul minn 17-il persuna ser jisfida l-elementi u l-ostakli biex jitilgħu l-muntanja Kilimanjaro li tinsab fit-Tanżanija. Din l-isfida għandha għan filantropiku għax matulha jinġabru flus għal proġett ta’ karità fl-Etijopja.

Il-Kilimanjaro Challenge issa daħal fil-15-il edizzjoni u bih qed ikun sostnut il-proġett ta’ aktar min miljun ewro b’risq tfal b’diżabilità li kien imbeda minn Dun Ġorġ Grima.

Il-mira hija li jinġabru €90,000 bil-parteċipanti nfushom iridu jiġbru €1,500 kull wieħed u anke jħallsu tal-ispejjeż tal-vjaġġ biex il-flus kollha miġbura jmorru għall-proġett.

It-taħriħ għal din l-isfida li ser tieħu lilll-parteċipanti fuq muntanja ta’ kwazi 6,000 metru beda x-xhur ilu.

Kieth Marshall qal li l-Kilimanjaro Challenge diġà ffinanzja 9 proġetti. Spjega li din is-sena l-flus ser jingħataw b’risq tfal b’diżabilita li f’Etijopja jiġu abbandunati mill-ġenituri tagħhom għax jitqiesu disunur.

Il-grupp li ser jitla’ l-muntanja Kilimanjoro ser jitlaq minn Malta fl-lejliet il-Milied u miegħu ser jingħaqdu partiċipanti minn sitt pajjiżi fosthom Franza, il-Brażil u l-Latvja.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari bħalissa għandha 200 membru li għandhom marda rari. Dan qalitu ċ-Chairperson u Fundatriċi tal-Alleanza, Michelle Muscat, meta tkellmet f’attività fl-okkażjoni tat-tielet sena mit-twaqqif ta’ din l-għaqda…

Xogħol

Il-General Workers Union qed issejjaħ għal emendi fil-liġi tax-xogħol biex il-prinċipju ta’ ħlas ugwali għall-istess xogħol jitwessa’ u jkopri lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f’azjenda, inkluż dawk li m’humiex f’impjieg dirett…

Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi ħafna għal għada l-Ħadd 24 ta’ Frar. Jidher li r-riħ se jilħaq il-qawwa ta’ riefnu (forza 8-9) mal-jum ta’ għada. It-temp mistenni jkun imsaħħab…

Aktar