Lokali
Żgħażagħ li sajru madwar id-dinja jiggradwaw bħala Master Chefs f’Malta

L-Università qed toffri kors li jwassal għal Diploma fil-Master Chef. tvm.com.mt iltaqa’ ma’ Bernard, Robert u Janice li kellhom ħolma li jiżviluppaw it-talenti tagħhom fit-tisjir u l-abbiltajiet tagħhom fl-arti tal-kċina sal-ogħla livell possibbli. Dan il-kors għenhom jilħqu l-għan tagħhom.

Il-ħolm ta’ dawn it-tliet koki żgħażagħ sar realtà bl-esperjenzi li kisbu fi kċejjen lokali u internazzjonali fejn ħadmu ma’ chefs rinomati. Dan ix-xahar laħqu pass ieħor fit-taħriġ meta kisbu kwalifiki formali mill-Università ta’ Malta fejn iggradwaw bħala Master Chefs.

Robert stqarr li xtaq isir chef minn ċkunitu iżda ma kienx hemm min jiggwidah kif seta’ jkompli javvanza bl-istudji tiegħu. Qal li ddeċieda li jkompli jinsisti meta ried imur jaħdem fuq cruiseliner u ma kellux kwalifiċi formali. Minn hemmhekk beda jistudja u baqa’ javvanza fit-tagħlim formali u ħadem mal-aqwa chefs maltin u barranin. Jistqarr li bħala chef kwalifikat illum jħobb isajjar minn kollox u jagħmel li jista’ biex jissodisfa lill-klijenti tiegħu.

Robert Saccasan qal li “banana Omlette, l-aktar ħaġa stramba li rajt fil-fatt bdejt naħseb li l-guest beda jiġbidli saqqajja jew kienet xi ċajta minn sħabi, imma fil-fatt kienet vera”.

Janice għandha 35 sena imma l-passjoni li għandha għall-ikel ħaditha għal korsijiet speċjalizzati fit-tisjir barra minn Malta. Illum taħdem f’lukanda ewlenija. Tistqarr li l-imħabba li għandha għall-ikel ressqitha wkoll lejn il-fotografija tal-ikel.

Janice Germani qalet li “ix-xewqa li għandi issa hi li tixtieq li nagħmel ktieb li nkun kemm ic-chef u anki il-fotografu u dak huwa l-istep li jmiss li nixtieq nagħmel fil-karriera tiegħi”.

Anki Bernard li jgħallem fl-istitut għall-istudji turistiċi jemmen li l-istudju huwa essenzjali biex wieħed isir chef, għalkemm m’huwiex kollox. Jgħid li mingħajr kreattività, dedikazzjoni u paċenzja hu kważi impossibli li tagħmel dan ix-xogħol.

Bernard Micallef qalet li “tqum f’ħinijiet fejn kulħadd ikun qed jiffesteġġja u int tkun xogħol, is-sajf tkun aktar xogħol milli mal-familja, paċenzja għax trid ikollok paċenzja man-nies, in-nies huma demanding ħafna dejjem iridu u l-kreattività wkoll, trid dejjem taġġorna ruħek”.

Il-kors tad-diploma fil-masterchef qed ikun offrut mill-Università ta’ Malta u jikkumplimenta korsijiet li jsiru fl-istitut għall-istudji turistiċi.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Riċerka ppubblikata fl-aħħar jiem tixħet dawl dwar l-ewwel attentati għas-separazzjoni tal-poteri bejn Stat u Knisja f’Malta. Kien Nicolo’ Muscat – figura prominenti fl-amministrazzjoni tal-Ordni tal-Kavallieri – li f’nofs is-seklu 18…

Lokali

Ġimgħa wara d-delitt ta’ omm żagħżugħa f’Raħal Ġdid li allegatament inqatlet mis-sieħeb tagħha, bosta għaqdiet speċjalment tan-nisa komplew jitkellmu b’diversi stqarrijiet dwar dan il-femiċidju u l-problema tal-vjolenza domestika. Mill-banda l-oħra…

Annimali

L-Assoċjazzjoni Exotic Finch Malta qed tagħti opportunità oħra lill-pubblika japprezza l-ġmiel ta’ 500 għasfur li minkejja li l-oriġini tagħhom hija barranija tfaqqsu f’Malta wara ħafna studju u esperementazzjoni. Il-wirja li…

Lokali

Il-Malta National Electromobility Platform fi ħdan Transport Malta qed tikkordina diversi inizjattivi u attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Ewropea Tal-Mobbiltà. It-tema għal din is-sena hija “Multimodality – Mix and Move”. Din it-tema…

Aktar