Lokali
Żgħażagħ Mediterranji jiddiskutu f’Malta dwar temi soċjali u ambjentali

Żgħażagħ mill-pajjiżi Mediterranji fl-aħħar jiem kienu Malta biex iħejju għall-ewwel kampjonat ta’ dibattitu dwar temi soċjali u ambjentali. Iż-żgħażagħ ser jaqsmu flimkien id-diffikultajiet li qed jiffaċċja pajjiżhom bil-possibiltà li jinstabu soluzzjonijiet komuni.

Madwar 20 żagħżugħ u żagħżugħa mill-pajjiżi tal-Mediterran inġabru biex flimkien iħejju għall-kampjonat ta’ dibattitu li ser isir f’Lulju li ġej. Iż-żgħażagħ ser jisfidaw id-differenzi kulturali li ħafna drabi huma l-ostaklu biex il-bnedmin jifhmu lil xulxin u jgħixu fil-paċi.

Il-kampjonat tad-dibattitu ser jitratta temi ambjentali fosthom l-użu tal-plastik u l-ħsara li qed jagħmel fir-reġjun mediterranju filwaqt li jipprova jsib is-soluzzjonijiet. Ser jitratta wkoll temi bhal l-inklużjoni, l-edukazzjoni u l-mobiltà.

Il-kampjonat ta’ dibattitu huwa inizjattiva ta’ Anna Lindh Foundation bil-kollaborazzjoni tal-Akkademja għad-Diplomazija fl-Università ta’ Malta flimkien mal-Aġenzija żgħażagħ .

Il-kampjonat sab l-appoġġ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni bil-Ministru Evarist Bartolo jgħid li l-Gvern qed jiftaħ bibien għal dawn iż-żgħażagħ biex ikomplu jsaħħu lis-soċjetà fl-oqsma edukattivi u soċjali. Huwa tkellem dwar l-opportunitajiet li toffri Malta fosthom ambjent ideali għall-istudji soċjali u l-promozzjoni ta’ għixien flimkien. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima tkellem dwar kemm l-isport jista’ jkun il-pont ewlieni li bih il-popli jersqu lejn xulxin.

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…

Lokali

F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…

Sport

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….

Aktar