Lokali
Żgħażagħ minn madwar l-UE f’pajjiżna biex jiddiskutu l-istituzzjonijiet Ewropej

Aktar minn 200 żagħżugħ u żagħżugħa mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi kandidati biex isiru memrbi fl-Unjoni Ewropea jinsabu f’Malta biex jieħdu sehem f’sensiela ta’ diskussjonijiet dwar kif jaħdmu l-istituzzjonijiet Ewropej, l-aktar il-parlament ewropew. Din l-esperjenza se tagħti l-opportunità liż-żgħażagħ jiddiskutu ma’ persuni ta’ kulturi u lingwi differenti biex jifhmu l-perspettivi ta’ xulxin waqt li jiddiskutu l-valuri komuni tal-Unjoni Ewropea fosthom l-ugwaljanza, il-libertà u d-demokrazija.

Il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija, Veronika Sytryk, qalet li “fost it-temi li se niddiskutu huma l-bidla fil-klima, il-kultura, youth employment, u anke l-edukazzjoni.”

Din hija l-ewwel darba li qed ikun organizzat f’Malta l-International Model European Parliament, li jinsab fil-51 edizzjoni. Din l-attività hija organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ.

“L-idea hi li ż-żgħażagħ qed jiltaqgħu u jitgħallmu fil-prattika minflok biss fuq il-karta kif jaħdem il-parlament, allura jingħaqdu f’kumitati skont il-parlament ewropew, u joħorġu b’numru ta’ riżoluzzjonijiet eżatt kif isir fil-Parlament,” spjegat il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Żgħażagħ, Miriam Theuma.

Ir-riżoluzzjoni li jkunu qablu fuqhom iż-żgħażagħ se jkunu preżenti lill-Parlament Ewropew u lill-Mexxejja Ewropej.

Waqt il-ftuħ ta’ din l-assemblea l-President George Vella qal li ċ-ċittadini għandhom jibqgħu fiċ-ċentru ta’ kull politika fl-Unjoni Ewropea. Liż-żgħażagħ, il-President Vella ħeġġiġhom jużaw l-għodda tad-djalogu, il-konvinzjoni, u l-perzwazzjoni, u mhux il-konfrontazzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li permezz tad-djalogu ż-żgħażagħ jistgħu jiksbu r-riżultati li jixtiequ biex ibiddlu l-Ewropa għall-aħjar. L-international Model European Parliament jitlaqqa’ permezz ta’ fondi Ewropej mill-programm Erasmus+.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’rapport li jsir kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent fil-pajjizi Ewropej jghid li jeħtieġ soluzzjonijiet fundamentali fl-għaxar snin li ġejjin biex jiġi evitat tibdil fil-klima li iwassal għall-temperaturi għoljin estremi….

Kisbiet

L-atti notarili tan-nutar Paolo Bonello li għex fis-seklu ħmistax, servew ta’ punt ta’ tluq għal sistema bbażata fuq intelliġenza artifiċjali msejħa Notary Pedia. L-istudenta tal-Masters fl-intelliġenza artifiċjali fl-Università ta’ Malta…

Annimali

Jingħad li l-kelb huwa l-aqwa ħabib li l-bniedem jista’ jkollu iżda għal persuni neqsin mid-dawl, bil-kundizzjoni tal-awtiżmu jew diabete kelb jaf ikun bastun tad-demm u l-laħam. Aktar kmieni din il-ġimgħa…

Lokali

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. Fi stqarrija l-IĠM qal li ġie infurmat li ġurnalista għamlet rapport lill-Pulizija wara li rċeviet ittra ta’…

Aktar