Kronaka
Żagħżugħ jitla’ fuq roundabout fil-Mellieħa

Żagħżugħ ta’ 19-il sena miż-Żejtun tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u baqa’ tiela fuq roundabout fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ lbieraħ għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħaxija fi Triq Louis Wettinger, fil-Mellieħa, meta ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip VW Golf. Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Fuq il-post assistew ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.