Trasport
Żieda fil-frekwenzi u rotot tal-linja għas-sajf

Mill-Ħadd 5 ta’ Lulju, Malta Public Transport se tibda topera l-iskeda tas-Sajf.

Fi stqarrija, Malta Public Transport qalet li b’kollox se jkun hemm 436 vjaġġ ġdid mifrux fuq ir-rotot kollha matul il-ġimgħa, kif ukoll żieda fin-numru ta’ passiġġiera li jistgħu jirkbu il-karozzi tal-linja wara żieda fid-domanda.

Intant, numru ta’ rotot se jiġu estiżi biex ikopru bajjiet popolari għall-kumplament tal-istaġun.

  • Rotta 49 għall-Għadira se tibda tieqaf l-Armier.
  • Rotta 74 għaż-Żurrieq se tibda tieqaf ħdejn il-Blue Grotto.
  • Rotta 101 għaċ-Ċirkewwa se tibda tieqaf il-Ġnejna.
  • Rotta 109 għall-Baħrija se tibda tieqaf Lapsi.

F’Għawdex, il-frekwenza ta’ Rotta 301 mir-Rabat Victoria għall-Imġarr se tiżdied biex taqbel mal-ħinijiet tal-vapur.

L-iskeda l-ġdida hija disponibbli online fuq publictransport.com.mt.

Malta Public Transport se taġġorna l-informazzjoni fuq kull waqfa madwar Malta u Għawdex matul il-ġranet li ġejjin.