Barranin
Żieda kbira ta’ każijiet tal-COVID-19 madwar id-dinja

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, iddikjarat li lbieraħ rrapurtaw żieda qawwija fl-infezzjonijiet tal-Covid-19, fejn fl-aħħar 24 siegħa madwar id-dinja, il-każijiet telgħu għal kważi 308,000, jiġifieri li meta mqabbel mal-jum ta’ qabel il-każijiet raw żieda ta’ aktar minn ħamest elef u ħames mija, biex b’hekk issa l-għadd ta’ nies infettati madwar id-dinja qabżu d-917,000.

L-ikbar żieda fl-infezzjonijiet ġew irrapurtati fl-Indja, l-Istati Uniti, u l-Brażil.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li madwar id-dinja ġew ikkonfermati 28 miljun każ, nofshom fil-kontinent Amerikan.