Turiżmu
Żieda ta’ 1.3% fit-turisti li żaru Malta fix-xahar ta’ Mejju

F’Mejju żaru Malta 265,700 turist; żieda ta’ 3,500 turist fuq l-istess xahar is-sena l-oħra.

Tnaqqis ta’ aktar minn 2,200 turist minn pajjżi fl-Unjoni Ewropea, għamlu tajjeb għalihom turisti minn barra l-Unjoni Ewropea li żdiedu b’7,460.

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li waqt li l-btajjel tat-turisti kienu iqsar, bl-ammont ta’ ljieli li qattgħu f’Malta f’Mejju naqsu bi 3.6%, l-istess turisti nefqu aktar. Hu stmat li t-turisti li kienu Malta f’Mejju nefqu mitejn u tliet miljuni u ħames mitt elf ewro, żieda ta’ aktar minn 3%.

Aħbarijiet Oħra
Relazzjonijiet Industrijali

Il-President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, Paul Pace, qal lil TVM li jista’ jkun hemm żblokk ma’ Steward Healthcare biex l-MUMN tkun tista’ tneħħi d-direttivi ta’ azzjonijiet industrijali lill-carers fl-isptar Karen…

Politika

Il-President George Vella llum iltaqa’ mal-President tal-Awstrija; Alexander Van der Bellen, waqt li qiegħed għal żjara fl-Awstrija. Il-President Awstrijakk tkellem dwar ir-rabtiet b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi u kif dawn komplew…

Kultura

Illejla qed jiġi inawgurat il-presepju tradizzjonali Malti fi Vjenna. Dan il-presepju se jkun esibit f’wieħed mill-ikbar swieq tal-Milied fl-Ewropa. Wara li kien għall-wiri fil-Pjazza tal-Vatikan fl-2016, fil-Pjazza tal-Maxtura f’Betlem fl-2017…

Kultura

Tela’ s-siparju fuq id-disa’ edizzjoni tal-Festival Żigużajg, li ser isir fuq medda ta’ għaxart ijiem. Din is-sena mal-130 artist qed jieħdu sehem f’numru ta’ proġetti artistiċi, li fi kliem id-Direttur…

Aktar