Statistika
Żieda ta’ 3.8% fl-inċidenti fuq il-post tax-xogħol bejn Jannar u Ġunju

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena seħħ inċident fatali wieħed fuq il-post tax-xogħol.  Madanakollu, bejn Jannar u Ġunju kien hemm 1,653 persuna li ndarbu f’inċidenti li seħħew fuq il-post tax-xogħol.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet in-numru ta’ fatalitajiet baqa’ l-istess, filwaqt li kien hemm żieda ta’ 3.8% fl-ammont ta’ inċidenti rrappurtati fl-ewwel nofs ta’ din is-sena.

Il-parti l-kbira ta’ dawn l-inċidenti seħħew fis-settur tal-manifattura, segwiti mill-inċidenti fl-industrija tal-kostruzzjoni, u l-qasam tat-trasport.

Kważi nofs l-inċidenti (45.8%) wasslu biex il-persuni midruba ġarrbu ġrieħi f’idejhom.  Skont l-NSO l-iktar li ndarbu kienu ħaddiema b’impjieg full-time, u l-agħar milquta kienu intrapriżi li jħaddmu iktar minn 500 impjegat.