Ekonomija u Finanzi
Żieda ta’ 5.2% fl-indiċi tal-prezzijiet tal-proprjetà

L-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Proprjetà tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juri li dan żdied b’ 5.2% fl-ewwel tliet xhur tas-sena meta mqabbel mal-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li ż-żieda fl-indiċi kienet l-iktar ġejja miż-żieda fil-prezzijiet tal-appartamenti għalkemm anke l-prezzijiet tal-maisonettes żdiedu wkoll.

L-indiċi tal-prezzijiet tal-proprjetà jagħti ħjiel tax-xejriet tal-prezzijiet fis-suq tal-proprjetà residenzjali u huwa maħdum fuq kampjun tal-propjetajiet li jkunu nbiegħu fis-suq.