Żieda ta’ 5,300 ħaddiem b’impjieg fultajm

F’April li għadda żdiedu bit-3.4 fil-mija l-ħaddiema b’impjieg fultajm u b’aktar minn 6%, il-ħaddiema li għandhom impjieg part time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika qal li miċ-ċifri amministrattivi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ jirriżulta li f’April li għadda kien hemm aktar minn 161,000 ħaddiem b’xogħol fultajm. Dan ifisser li bejn April tal-2013 u April ta’ din is-sena, kien hemm żieda ta’ aktar minn 5,300 ħaddiem b’impjieg fultajm.

Miċ-ċifri joħroġ ukoll li kien hemm żieda ta’ aktar minn 4,000 impjieg fis-settur privat u f’dawk li jaħdmu għal rashom. Fl-istess żmien l-impjiegi mal-Gvern żdiedu b’1,733.

Fis-suq tax-xogħol fl-istess perjodu ta’ sena sa April, żdiedu bi kważi 1,900 l-ħaddiema li kellhom impjieg partajm bħala l-impjieg ewlieni tagħhom. Fil-fatt kien hemm 32,000 ħaddiem minn dawn.

Kien hemm ukoll kważi 59,000 ħaddiem ieħor li kellhom impjieg partajm flimkien ma’ impjieg ieħor fultajm. Dawn f’sena żdiedu b’aktar minn 3,000.

Fl-istess perjodu ta’ sena żdiedu b’115-il ħaddiema jirreġistraw għax-xogħol u sa April kien hemm kważi 7,300 jirreġistraw għax-xogħol.

Aħbarijiet Oħra

Għat-tieni darba fl-aħħar ġimgħa, f’temp ta’ 24 siegħa, ġew dikjarati aktar persuni li fiequ mill-virus milli nfezzjonijiet ġodda. L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 31 każ ġdid ta’…

Il-General Workers Union għandha mal-400 kawża fuq il-kotba tagħha ta’ eks ħaddiema tat-Tarzna, li fetħu kawża għad-danni talli kienu esposti għall-asbestos waqt li kienu qed isewwu l-vapuri. Id-dokumentarju ‘Mewta Siekta’…

Sirjan ta’ 53 sena li jgħix Buġibba, baqa’ miżmum arrestat wara li l-Qorti se tagħti digriet dwar il-ħelsien mill-arrest tiegħu nhar it-Tnejn li ġej. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, kompla…

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

Aktar