Lokali
ŻiguŻajg b’mod virtwali bejn l-20 u d-29 ta’ Novembru

Se jirritorna b’differenza l-festival ŻiguŻajg. Fit-tnedija tal-10 edizzjoni tal-festival, iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kreattività, Rupert Cefai, qal li għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, ŻiguŻajg se jixxandar fuq mezzi virtwali minħabba l-pandemija.

“Anki l-art exhibitions qed isiru Spazju Kreattiv, il-programm kollu ta’ ŻiguŻajg u proġetti oħrajn li qed isiru fi Spazju Kreattiv kollha għandhom komponenti partikolari li hu online”

Is-Sur Cefai qal li s-settur kulturali mar minn taħt bil-kbir minħabba l-pandemija għax il-qasam jiddependi fuq l-udjenzi li jattendu għall-attivitajiet kulturali. Irrimarka li l-bqija tal-produzzjonijiet artistiċi tal-Fondazzjoni se jixxandru fuq mezzi virtwali.

Vantaġġ hu li għandek udjenzi iktar wiesa’, possibbiltajiet ikbar imma l-kwalità trid ħafna ikbar u l-ispejjeż huma ħafna iktar.

Il-Ministru tal-kultura Jose’ Herrera ddikjara li, “bl-ostakli li ġabet magħha l-pandemija Covid-19, il-ħtieġa li jsir ŻiguŻajg inħasset aktar, bħalma kien l-impenn tagħna li naraw li jittella’. Dan seta’ jsir grazzi għall-possibilitajiet meraviljużi tat-teknoloġija u r-realtà virtwali, li permezz tagħhom stajna nwasslu produzzjonijiet tal-ogħla kwalità, u b’hekk nilħqu l-għan ewlieni ta’ dan il-festival.”

Iktar informazzjoni fuq/www.ziguzajg.org