ŻiguŻajg reġa’ magħna

Il-Gran Mastru La Vallette dalgħodu qam jaħseb li għadu żagħżugħ ta’ 16-il sena, mill-mod kif libsuħ l-organiżaturi tal-festival ŻiguŻajg biex ħabbru l-programm tat-tielet edizzjoni ta’ dan il-festival immirat għat-tfal u ż-żgħażagħ.

150 artist, Maltin u barranin, bi 22 produzzjoni f’ġimgħa se jsawru t-tielet edizzjoni tal-festival ŻiguŻajg oganizzat mill-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt.
Dan l-appuntament fil-kalendarju kulturali bejn 18 u l-24 ta’ Novembru huwa mmirat għat-tfal u ż-żgħażagħ u din is-sena se isir b’investiment  ta’ 260 elf ewro mill-Gvern u entitajiet privati.
Id-direttur tal-festival ŻiguZajg, Toni Attard qal li t-tema ta’ din is-sena hija l-Belt Valletta bhala belt storika bi spazju kontemporanju li jirrifletti n-nies li jghixu fiha u dawk li jżuruha.
Il-program tal-festival tħabbar fi pjazza La Vallette il-Belt,  fejn spikka l-monument tal-Gran Mastru liebes ta’ żgħażugħ ta’ żmienna.  Sef Farrugia għalliema l-MCAST, u Ritienne Zammit ħargu b’din l-idea bi skop preċiż.
 
L-attivitajiet kollha li se jsiru waqt il-festival ŻiguŻajg, inkluż mat-30 workshop li huma mingħajr ħlas, għalkemm għall-ewwel darba, se issir skema ta’ patrunaġġ mill-pubbliku li jista’ jagħti donazzjoni.
 
Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-riżenja ta’ Justyne Caruana mill-kabinett hija turija tal-istandard il-ġdid li l-Gvern irid jimxi bih. Dr Abela qal dan f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Parlament,…

Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Kronaka

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn. L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl…

Politika

Dr Justyne Caruana ddikjarat li ma kinitx konxja tal-istorja rrapportata fil-midja dwar il-qrubija bejn żewġha, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta, u Yorgen Fenech, li huwa s-suspettat mandant ewlieni fil-qtil ta’…

Aktar