Żjara ta’ rikonoxximent lill-PBS għas-servizz li jagħti lill-Maltin fl-Awstralja

Rappreżentanti mill-Assocjazzjoni Kulturali Maltija ta’ New South Wales, fl-Awstralja, għamlet zjara fil-bini tal-PBS, bħala rikonoxximent tas-servizz li l-istazzjon nazzjonali qed jagħti lill-Maltin li jgħixu fl-Awstralja.

F’laqgħa li kellhom mal-membri tal-Bord tal-PBS, iċ-Chairman, Dr Tonio Portughese, qal li jaf x’għatx hemm mill-emigranti Maltin fl-Awstralja sabiex ikunu jafu x’qed jiġri f’Malta.

Dr Portughese faħħar il-ħidma tal-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS li qed iżżomm l-obbligi tagħha li twassal l-aħbarijiet lil hinn minn xtutna, fejn issa minnbarra l-Awstralja u l-Kanada, l-aħbarijiet qed jitwasslu ukoll fil-Belġju u l-Lussemburgu, fejn hemmhekk jgħixu numru kbir ta Maltin.

Il-PBS tibgħat żewġ bulettini tal-aħbarijiet l-Awstralja, kull nhar ta’ Ħamis u nhar ta’ Ħadd.

Waqt din iż-żjara, il-membri tal-Assoċjazzjoni ppreżentaw plakka kommemorattiva lit-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ TVM bħala ringrazzjament tal-ħidma li tagħmel sabiex darbtejn fil-ġimgħa jintbagħat bulettin tal-aħbarijiet fl-Awstralja u b’hekk l-emigranti Maltin jżommu ruħhom infurmati dwar dak li qed iseħħ f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar