Annimali
Zoo fl-Indoneżja jista’ jkollu joqtol xi annimali biex jitma’ oħrajn

Zoo fl-Indoneżja qal li jista’ jkun li jkolli joqtol xi wħud mill-annimali sabiex jitma’ oħrajn.

Bandung Zoo li kien jagħmel qligħ ta’ madwar 1.2 biljun rupiah ($81,700) fix-xahar miż-żjarat tal-viżitaturi, għalaq fit-23 ta’ Marzu minħabba l-pandemija Covid-19 u bħalissa qed iżomm biss bid-donazzjonijiet biex iżomm lill-annimali ħajjin. Iżda issa qed jgħid li qed jikontempla “l-agħar xenarju”.

Sulhan Syafi’i, kelliem għaż-zoo qal li ż-zoo jeħtieġ aktar minn 400kg ta’ frott u 120kg ta’ laħam kuljum biex jitma’ lill-85 annimal u li diġà beda jnaqqas il-porzjonijiet li jagħtihom.

Żied jgħid li għandhom mat-30 ċerva u identifikaw liema huma l-ixjeħ u li ma jirriproduċux sabiex joqtluhom biex isalvaw lil karnivori bħat-tigra u l-leopard.

Syafi’i qal li l-annimali qed jingħataw biżżejjed ikel iżda nnotaw li huwa inqas u għalkemm jispiċċa l-ikel xorta jkunu jridu jieklu. Qal li l-primati bħal l-orangutan, jistgħu jinfexxew f’rabja u jibdew iwaddbu l-affarijiet.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 29 każ ġdid tal-COVID-19 f’Malta u fiequ 4 persuni. Dan ifisser li bħalissa hawn 440 każ attiv. Fl-aħħar aġġornament mediku, il-Ministeru għas-Saħħa qal li tliet każijiet…

Barranin

Waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ġie skortat mill-aġenti tas-Servizzi Sigrieti wara sparaturi barra l-White House. Aktar tard il-President Trump qal lill-ġurnalisti preżenti li…

COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Aktar