Barranin
Żvelat l-ewwel ritratt ta’ black hole

L-astronomi rnexxielhom jieħdu l-ewwel ritratt ta’ black hole – li tinsab f’galassja ‘l bogħod ħafna mid-dinja.

Din il-black hole fiha madwar 40 biljun km fit-tul, 3 miljun darba akbar mid-Dinja.

Ix-xjentisti ddeskrivew din il-black hole bħala ‘mostru’ li tinsab madwar 500 miljun triljun km ‘il bogħod mid-Dinja fil-galassja magħrufa aħjar bħala M87.

Dan ir-ritratt, l-ewwel tax-xorti tiegħu, ġie ppubblikat fl-Astrophysical Journal letters u ttieħed minn 8 teleskopji mifruxin madwar id-Dinja.

Xi tkun eżattament black hole? Black hole hija żona fl-ispazju li għandha qawwa kbira ta’ gravità li lejha jinġibed kollox saħansitra anke xaqq ta’ dawl. Ġewwa black hole wieħed jista’ jsib ammont kbir ta’ dak li x-xjentisti jsejħulu ‘space matter’ li jikkonsisti fi stillel, pjaneti, galassji fost oħrajn.

Dik li nstabet fil-galassja M87 hija waħda mill-ftit black holes li hemm iduru fl-ispazju.