Lokali
Żvelati dettalji dwar il-JESC 2018

Il-Junior Eurovision Song Contest (JESC) 2018 se jsir nhar il-25 ta’ Novembru fl-4pm f’Minsk, Belarus.

Huwa se jsir f’Minsk Arena, l-akbar kumpless għall-attivitajiet sportivi u kulturali li hemm fil-pajjiż. L-arena tesa’ mal-15,000 spettatur.

It-tema tal-JESC se tkun #LightUp. Il-logo jinkosisti fil-kewkba ta’ filgħodu flimkien mas-simbolu tal-vibrazzjoni tal-ħoss (soundwaves) u ornament tradizzjonali tal-Belarus.

Il-Belarus ħa sehem f’kull edizzjoni tal-JESC u rebħu darbtejn fl-2005 u fl-2007.

Is-sena l-oħra l-JESC sar f’Tbilisi, f’Ġorġja u ntrebaħ mir-Russja.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Ministru Edward Scicluna qal li huwa previst tkabbir ekonomiku b’rata ta’ tkabbir ta’ 5.3 fil-mija f’termini reali u 7.7 fil-mija f’termini nominali. It-tkabbir mistenni jkompli jkun iġġenerat minn tkabbir fl-investiment ta’…

Budget

Il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom għall-ewwel darba se jingħataw kumpens f’każ li jkollhom jieqfu mix-xogħol u jibdew jirreġistraw. Dan il-benefiċċju tal-qgħad se jingħata abbażi tal-kontribuzzjonijiet li jkunu ħallsu, u ttemm…

Budget

Kull min huwa impjegat mis-sena d-dieħla se jibbenefika minn ġurnata oħra frank, wara li din is-sena l-Gvern beda jimplimenta l-wegħda elettorali li jagħti lura lill-ħaddiema l-ġranet tal-festi pubbliċi li jaħbtu…

Kronaka

Uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-ajruport qabdu mad-€19,000 fi flus mhux iddikjarati waqt kontrolli ta’ rutina fis-sala tat-tluq. Passiġġiera Maltija li kienet se taqbad titjira lejn Istanbul ġiet mistoqsija jekk jekk kellhiex…

Aktar