X

Żvolta fil-każ tat-tifla ta’ 10 snin li welldet tarbija fl-Indja

Żvolta ġdida f’każ li xxokkja d-dinja dan is-Sajf, meta tifla ta’ 10 snin fl-Indja ttieħdet l-isptar b’uġigħ fl-istonku, u t-tobba skoprew li kienet tqila.

Iz-ziju tat-tifla kien qed jiġi akkużat bl-istupru tagħha, iżda minn testijiet ġenetiċi fuq it-tarbija li twieldet issa rriżulta li dan mhuwiex missier it-tarbija.

L-investigaturi issa għandhom uġigħ ta’ ras biex jistabilixxu min iktar kellu relazzjonijiet sesswali mat-tifla, peress li sa dan l-istadju kollox kien qed jindika li z-ziju kienu l-uniku wieħed responsabbli.

It-tifla ddeskriviet l-abbuż li għaddiet minnu tul diversu xhur b’mod ċar, u f’dan kollu semmiet biss liz-ziju tagħha. Għalkemm m’għamel l-ebda stqarrija uffiċjali, l-ġenituri tat-tifla qalu li kien ammetta għall-istupru.

Meta saru jafu bit-tqala ta’ binthom il-ġenituri riedu jabortixxu lit-tarbija, iżda ma ngħatawx permess mill-Qorti peress li t-tqala kienet fi stadju avvanzat ħafna. It-tarbija, li issa twieldet, se tingħata għall-adozzjoni għax il-familja tat-tifla ma tridx taf biha.

 

Ritianne Agius: