Barranin
Żwiemel imutu bil-massa f’mewġa ta’ sħana li ħakmet l-Awstralja

Mewġa qawwija ta’ sħana li nfirxet madwar il-kontinent Awstraljan wasslet għall-mewt ta’ għexieren ta’ żwiemel li kienu jgħixu fis-selvaġġ.

L-awtoritajiet Awstraljani qalu li sabu ‘l fuq minn 90 żiemel mejjet jew f’agunija mxerrda madwar fawwara niexfa viċin Alice Springs.

Madwar 40 żiemel kienu diġà mejta, u l-kumplament kellhom jitraqqdu minħabba li kienu fi stat ta’ saħħa ħażin ħafna.

Matul l-aħħar ġimagħtejn l-Awstralja esperjenzat sħana kbira li kisret għadd ta’ rekords nazzjonali, bl-ogħla temperatura ta’ 46.2 Celcius irrekordjata f’Adelaide.