Bonġu Kafé
Kurżitajiet

Il-Victory Kitchen

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia

 

Żarbun tas-suldati, kalzetti nkallati
tal-Victory Kitchen
Saqajhom ħoxnin, għax jieklu l-għaġin
tal-Victory Kitchen
B’idejha ġol-borma, u bl-oħra tħokk s…..

Insomma aħjar ma nkompluhiex l-aħħar waħda. Dawn għanjiet li kienu jkantaw missirijietna dwar realtà tal-ħajja tagħhom fi żmien il-gwerra. Kif jobsor kulħadd, dak kien żmien meta l-ikel kien skars ħafna u allura l-Gvern Ingliż kien ordna li jinfetħu postijiet minn fejn in-nies setgħu jitrejqu daqsxejn… imqar kemm ma jitilfux il-moral waqt dawk is-snin tal-biża’. U tant l-awtoritajiet riedu jgħolli l-moral, li das-
servizz issemma Victory… rebħa, għalkemm f’xi waqtiet ir-rebħa dehret impossibbli. Imma riedu jqawwu qalb kulħadd.

Qabel nitkellu dwar il-Victory Kitchen innifisha, wieħed jinnota li minkejja li l-Maltin kienu għaddejjin minn dak it-terrur kollu, djar imġarrfin, sigħat twal fl-umdità tax-xelter, mard jixtered bl-addoċċ, qraba jmutu taħt l-attakki kontinwi mil-ajru u l-qtiegħ il-qalb li dan kollu jġib miegħu, xorta kienu jsibu mezz kif ikantaw l-istrofi ta’ hawn fuq… biex jiddieħku imqar bil-miżerja tagħhom stess.

Intant l-istorja tgħidilna li Malta, bħala gżira, kienet tiddependi għal ħafna mill-ikel tagħha mis-servizzi tal-baħar. Vapuri ma tantx bdew jaslu għax kienu jibbumbardjawhom qabel jaslu hawn, u allura, l-ikel beda jonqos. Barra min hekk, tant kien hawn truppi fuq artna li l-ftit ikel li nipproduċu kellu jinqasam bejn aktar ħluq.

Bl-ikel skars, l-awtoritajiet iddeċidew li jibda jissajjar l-ikel għall-komunità. Mhux dejjem kien ikun xi ikel sustanzjuż wisq, skont x’kien ikun hawn. Ġieli kienu jsajrulhom xi naqra soppa fqira bi ftit fażola tgħoddhom fuq id waħda. U meta l-ikel skarsa iktar, il-fażola naqset. Rari kienu jsajru xi biċċa laħam… u meta jsajru kienet tkun xi mogħża li tinqasam bejn ħafna ħafna nies. In-nies kienet tgerger. Stonku bil-
ġuħ ma taghtihx tort.

L-ikel kien jingħata bir-razzjon fit-42 Victory Kitchen madwar pajjiżna, skont kemm għandek nies id-dar. Imur xi ħadd fil-kju u jiġbor tad-dar kollha. U min kien jinqabad jisraq l-ikel ma kienx jibqa’ b’xejn. Mal-ikel li jkun seraq, kien jiekol xi ikla ħabs ukoll!

Aktar Episodji

Blog

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN