Bonġu Kafé
Kurżitajiet

Xi Jgħidu l-Istilel għas-Sena l-Ġdida

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia

 

Kulħadd jixtieq li jkollu futur sabiħ… ġejjien jekk jista’ jkun isbaħ mill-imgħoddi. Jiġri x’jiġri fil-ħajja, il-bniedem dejjem iżomm it-tama tnebbħu li għad jistgħu jiġru affarijiet sbieħ. Bħal daż-żmien tas-sena ħafna nies jagħmlu riżoluzzjonijiet biex itejbu ħajjithom b’xi azzjoni tagħhom stess. Imma hemm affarijiet oħrajn li m’għandniex kontroll fuqhom aħna… u dawk qajla nistgħu nibdluhom.

Uħud, biex ikunu jafu x’jista’ hemm imħejji għalihom fil-futur, iduru għall-istilel… għal min jemmen fihom. U min jgħid li jaqra l-istilel, jikteb il-previżjonijiet tant b’mod astratt, li jiġri x’jiġri jkollu ċans jgħidlek li qata’ l-futur b’xi mod jew ieħor. Ħafna jgħidu li ma jemmnux fihom, imma bil-moħbi titwila jagħtuhom. Hawn min isegwi l-istilel tal-jum, jew ta’ ġimgħa, jew ta’ xahar, u bħalissa jkun hawn ħafna jippruvaw isegwu l-istilel ta’ sena sħiħa… biex jara x’hemm imħejji għalih fis-sena li se tibda dalwaqt.

Jien illum se nipprova nbassar dak li se jiġri fis-sena l-ġdida. Għalkemm qatt ma kont astrologu u ma naf xejn dwar dak il-mistier, għandi fiduċja qawwija li dak li se nbassar, se jseħħ…

Jien ngħid li fis-sena l-ġdida:

 ix-xemx tibda titla’ bi nhar u l-qamar bil-lejl
 fis-sajf se tagħmel is-sħana u fix-xitwa l-ksieħ imma borra ma tagħmilx
 Iż-żewġ partiti politiċi jgħidu li huma biss jinsabu fit-triq it-tajba
 iż-żewġ stazzjonijiet politiċi jibqgħu ixandru dettalji kompletament differenti dwar l-istess aħbar
 isiru l-festi, tinxtorob ħafna birra, briju u tgħajjir fit-toroq… u jekk jifdal ħin, immorru sal-knisja
 ħafna mis-sewwieqa jibqgħu jemmnu li l-indicators jaħlu d-dawl u ma jużawhomx
 ħafna sewwieqa ma jagħmlux differenza bejn l-aħdar u l-aħmar tal-lights u STOP ma jarawhiex
 it-tim nazzjonali Malti ma jgħaddix għall-finali tat-Tazza tad-Dinja… u jitlef bl-unuri

Bħal-lum sena għiduli jekk qtajtx jew le… u jien nerġa’ nirrepetilkom l-istess tbassir għas-sena ta’ wara wkoll.

Aktar Episodji

Blog

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN