+
IRREĠISTRA HAWN biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

Ċirkostanzi hija soap opera klassika ta’ kuljum,  li teħodna fil-ħajja ta’ sitt family.  Għall-ewwel jidhru li huma independenti minn xulxin, imma  fir-realta’, għandhom xi ħaġa in komuni, u din hija li l-ommijiet kienu ħbieb fil-passat u kienu inseparabbli meta kienu ‘teenagers’.

Ħajjithom inqalbet ta’ taħt fuq minħabba ċirkustanzi li ġraw waqt dak il-perjodu ta’ ħajjithom.  Dawn iċ-ċirkustanzi sfurzawhom biex l-affarijiet ma jaħsbuhomx, u jieħdu deċiżjonijiet li, normalment, kieku kienu jaħsbu darbtejn biex joħduhom.  Ċirkostanzi se jagħti ħarsa lejn kif dak li jiġri fil-ħajja ifassal, jisforza jew iġiegħlna nidħlu f’sitwazzjonijiet li, dak il-ħin, jidhru tajbin, pero’ li jwasslu ghall-esperjenzi u deċiżjonijiet oħra.  Wara nindunaw li għaġġilna, konna naive, u r-reperkussjonijiet insibuha diffiċli biex naċċettawhom.

L-istorja ta’ Ċirkostanzi twassal ghal sitwazzjonijiet u ġrajjiet intriganti.  Dak li ġara fil-passat jista’ jwassal għall-affarijiet li ma konniex nimmaġinawhom f’xenarju normali, pero’ jekk wieħed jarahom fid-dawl ta’ dak iż-żmien li saru, nistgħu nifhmu u nagħdru aktar.   Għal bidu pero’, kif l-istejjer jibdew jiżvolġu, nibdew naraw suspetti, intriċċi u lil min jiġġudika, apparti lil min jikkundanna, u aktar reazzjonijiet li jibdew jinħolqu waħda wara l-ohra. Flimkien nirrealizzaw li mhemmx soluzzjonijiet faċli, u forsi lanqas hemm soluzzjoni.