+
IRREĠISTRA HAWN biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

Deheb il Karta inħoloq mill-moħħ ta Lino Farrugia  u ideat għal fuq l-iscreen ta’ televizjoni min Frederick Testa.

L ewwel tlettax il- istorja huma mehudin min dokumenti li jinstabu il-Librerija Pubblika tal-Belt Valletta.

Dawn il-ġojelli ta’ stejjer ġew addattati għat-televiżjoni u pruvajna nibqaw fidili għad-dokument originali. Kull wieħed min dawn id dokunenti saru fil-forma ta’ film qasir ta’ 15- il minuta.

L-aħħar teknika tal-filming, dawl u muntaġġ ġew użati biex jagħtu ħajja lil dawn id dokumenti.

Huma stejjer ta’ qtil, serq, ferħ u niket, stejjer li ġraw mal-400 sena illu. It Teatru Manoel provda il-kostumi ta’ l-epoka. Nies inkarigati mil vestwarju tal Manoel għamlu riċerki fuq iż-żmien li il-produzzjoni kienet taħdem fuqhom.

Mużika oriġinali nkitbet min Elton Zarb. Is sur Zarb irrnexxilu jikkumplimenta il-parti viżiva bil-mużika oriġinali tiegħu.

Il-produzzjoni ta Deheb il-Karta beda sena ilu fejn kull departiment ħadhem biex jintlaħaq l-għola kreativita mistenija.