+
IRREĠISTRA HAWN biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

Ħbieb u Għedewwa  ir-raba’ staġun-  L-istorja, miktuba mill-istess awturi ta’ Katrina u Manwela, tgħaqqad ir-romantiċiżmu ma’ l-intriċċi, ħabi, kompassjoni u dak li mhux mistenni, li joħroġ dak li hu l-aħjar fil-bniedem f’mumenti li wieħed ma jistennihomx.  Ħbieb u Għedewwa hija ‘soap opera’ klassika, li turi l-ħajja ta’ żewġ familji, ta’ Cassar u ta’ Zammit Torreggiani.  Hija storja ta’ emozzjoni, imħabba u intriċċi, b’mumenti ta’ kattiverja, pero’ ukoll mumenti ta’ imħabba u qlubija.

Żgur li t-telespettaturi se jkollhom seba’ mitt sena biex jaraw l-episodju li miss.  F’dan l-istaġun se naraw lil Saviour Zammit Torreggiani and John Cassar, li darba kienu ħbieb tal-qalb, jiskopru verita’ li se tidħol bejniethom darba għal dejjem. L-istess jista’ jingħad għal Sandra Zammit Torreggiani u Lina Cassar.  Għalkemm għandhom hbiberija li tmur lura s-snin, dak li se jiġi żvelat se jikser u jaqsam iż-żewġ familji b’riperkussjonijiet li ħadd ma kien jistenna.

Fl-istesss ħin, dawn il-familji se jiskopru fatti ġodda li se jġibuhom aktar viċin xulxin fuq livelli differenti. Meta dawn is-sitwazzjoni jitgħaqqdu flimkien, se joħolqu xenarju li se jżomm l-udjenaza msammra bis-sitwazzjonijiet u emozzjonijiet li jiżviluppaw.  Nadia se ssir taf il-verita’ dwar ommha u missierha? X’gara fil-fatt? Esther se tiżvela min hu missierha? U x’ingħidu ghal Frankie? X’ġara lil ommu eżatt?  Se naraw li l-verita’ skond kif żvelaha Etienne se jkun hemm ħafna mistoqsijiet dwarha, li tħalli mewġ ta’ inkwiet ma’ kull naħa. Karl se jissettilja xi darba? Fl-aħħar se jispiċċa ma’ l-imħabba ta’ ħajtu, Lina? Se jkollu xi veritajiet tiegħu ukoll x’jiżvela?