+
IRREĠISTRA HAWN biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

Manwela għal dan it-tieni staġun żgur ser tkun produzzjoni ta’ l-għola kwalita’, f’kull aspett, kif jistghu jixhdu l-produzzjonijiet tal-passat minn din d-dar ta’ produzzjoni televiziva.  Filwaqt li il-karattri u l-mod kif żviluppaw s-sitwazzjonijiet kien hemm bżonnhom, l-istorja din is-sena mxiet b’ritmu mgħaġġel ħafna.   Manwela se tkompli b’stejjer mimli intriċċi u emozzjonijiet b’ħafna sorpriżi u taqtigħ il-qalb, hekk kif il-kittieba jiżvelaw ir-raġuni vera wara ċertu ġrajjiet. Għalkemm fil-bidu dehru innokwi, fil-fatt dawn il-ġrajjiet waslu ghar-riperkussjonijiet mhux mistennija. Manwela f’dan l-istaġun se tkun dominata bl-imħabba, qlub tajba, u sagrifiċju li qatt ma rajna bħalu, li se tħalli lil kulħadd imbellaħ.  Fi ftit kliem, Manwela se jkompli fejn hallejna fl-ewwel staġun, u bħala dramm se jsir aktar maħbub mit-telespettaturi.

Kull nhar ta’ Tnejn fid-20:50, b’repetizzjoni l-Erbgħa fin-23:50