+
IRREĠISTRA HAWN biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

Xena mis-sensiela televiżiva F’Baħar Wieħed… is-sensiela li tista’ tgħid tat bidu għall-fenomenu li baqa’ jsaħħar lil ħafna Maltin sal-lum – it-Teledramm. Minn drammi fit-teatru u aktar tard fuq ir-radju, fl-aħħar tas-snin 70, stejjer li ħarġu minn idejn awturi Maltin bdew jingħataw wiċċ permezz ta’ sensiliet maħdumin apposta għat-televiżjoni, u li kienu jixxandru fuq l-istazzjon nazzjonali darba fil-ġimgħa.