+
IRREĠISTRA HAWN biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

“Bniedem li jipprova jwaqqaf delitt b’mod mhux uffiċjali, jew li jaqbad u jġiegħel iħallas ‘l xi ħadd li għamel delitt, speċjalment għax jaħseb li l-organizazzjonijet uffiċjali, bħal pulizija, mhux qed ikunu effettivi biex jikkontrollaw il-kriminalita’.”

Azalea kienet tidher li għandha ħajja perfetta … relazzjoni tajba mal-ġenituri u oħtha ż-żgħira Valentina, għarus li kien jirrispettaha u jħobbha, xogħol bħala ‘counsellor’ mat-tfal li kien jissodisfaha. Pero’ dan kollu ma tantx dam wisq.  Sfortunatament, il-ġenituri ta’ Azalea imutu t-tnejn f’inċident tat-traffiku u ħajjitha tinbidel drastikament.  Din it-traġedja xokkanti tħalli impatt ikrah fuq oħta ż-żgħira, li tibda ma jimportaha minn xejn u titlef kull fidi fl-umanita’ u fil-ħajja.  Għalkemm Azalea tagħmel minn kollox biex tkun hemm għal oħtha, Valentina taqbad triq li twassalha biex tibda tagħmilha ma’ kumpanija ħażina.   Tispiċċa taħdem bħala prostituta biex tagħmel il-flus għall-vizzju tad-drogi u, fl-aħħar mill-aħħar, it-taparsi sħabha jabbandunawha, tieħu ‘overdose’, u titlef ħajjitha.  Azalea titkisser meta tara li oħtha vulnerabbli spiċċat abandunata fit-triq, meqruda minn dawk li wassluha f’dak il-punt. In-nies li ħallew Valentina tmut ma jeħlu xejn, għalkemm kien hemm biżżejjed provi biex jintbagħtu l-ħabs. Azalea tħossha mitlufa u titlef kull tama, sakemm tiddeċidi tieħu l-liġi b’idejha. Zijuha John, li huwa pulizija, jgħinha biex iħallsu għal għemilhom. Pero’, John ma jkunx kompletament onest man-neputija tiegħu. Waqt li kien qed jaħdem fuq il-kaz, jiskopri li l-ġenituri ta’ Azalea kienu nqatlu apposta, ghax missierha, li anke hu kien pulizija, daħal wisq fil-fond ta’ kaz kriminali partikulari, u ġie eliminat.  X’jiġri jekk Azalea ssir taf il-verita’?  John jaf ukoll li din l-organizazzjoni ta’ kriminali se terga’ twettaq delitt ieħor, din id-darba fuq Ministru. Mingħajr ma kienet taf, Azalea għandha ħuha minn mara oħra, jismu Lincoln. Missierha Michael kellu maħbuba ħafna qabel ma żżewweġ lil ommha. Għalkemm ma baqgħux flimkien, hi ħarġet tqila imma qatt ma qalet lil Michael li kellu tifel. Lincoln kif se jidħhol fl-istorja?  Azalea tiffissa li trid tagħmel ġustizzja ma’ oħtha u b’riżultat ta’ dan, ir-relazzjonijet l-oħra tagħha jitkissru. Ma tibqax daqshekk viċin l-għarus u l-ħbieb, u moħħha jhewden biss kif tista’ tpattiha lil minn kissrilha l-familja. Minn issa ‘l quddiem, iċ-ċrieki kriminali jibdew iħossuhom affettwati u allarmati bl-azzjonijiet tal-Vigilante.  Din is-sensiela se tidħol fil-ħajja personali ta’ membri ta’ dawn l-għaqdiet kriminali, fil-ħajja tal-pazjenti ta’ Azalea u l-problemi tagħhom, kif ukoll l-investigazzjonijiet tal-pulizija u l-kazijiet marbutin mal-Vigilante.

Kull nhar ta’ Sibt fuq TVM fid-20:50, b’repetizzjoni it-Tnejn fuq TVM2 fl-22:05

Programmi

3 Pointer
Animal Diaries
Animal Diaries – Repetizzjonijiet
Awtokura – Repetizzjonijiet
Aħbar Tajba
Aħbarijiet Sportivi
BOV Premier League
Caravaggio
Cavalleria Rusticana
Champions League Play Off
Ċirkostanzi – Repetizzjonijiet
Deheb il-Karta – Repetizzjonijiet
DOC – Doctor On Call – Repetizzjonijiet
Don Giovanni
DOT EU
Dwarna – Repetizzjonijiet
Europa League 2018 – 2019
Faroe Islands vs Malta
Fiex tinsab l-EU? Diskorss mill-President tal-Kummisjoni Ewropea Jean Claude Junker
Fil-ġnien ma’ Melo
Frekwenzi Ħiemda – Repetizzjonijiet
Gadgets – Repetizzjonijiet
GFA Round Up
Għanafest 2016
Għanafest 2017
Għawdex illum
Harbour Life – Repetizzjonijiet
I Pagliacci
Il-Kamp
Il-Proġett
Il-Vjaġġatur – Repetizzjonijiet
Il-Ħarsa ta’ Ruzann
Ilħna mill-Kottonera – Repetizzjonijiet
Is-seħer u l-ġmiel tal-ibħra ta’ Filfla
It-Triq – Repetizzjonijiet
Jazz festival 2017
Kontrattakk
Kromosoma – Repetizzjonijiet
Kultura News
Kuluri tal-Awtiżmu – Repetizzjonijiet
Kunċert Indipendenza 2018
L-aħbarijiet ta’ Televixin Malta
L-Għanja tal-Poplu
L-irkant – Repetizzjonijiet
L-ordni – Repetizzjonijiet
Laparelli Sa Piano – Repetizzjonijiet
Lenti – Repetizzjonijiet
Linji Lokali – Repetizzjonijiet
Lotto Quaterno
Lucia Di Lammermoor
Madagascar – Id-dinja tal-annimali
Mafkar – Repetizzjonijiet
Malta Junior Eurovision Song Contest 2018
Malta Short Film Festival
Malta u lil hinn minnha – Repetizzjonijiet
Malta vs Azerbajgan
Maltin Internati fl-Italja
Manwela
Manwela – Repetizzjonijiet
Mattia – Repetizzjonijiet
MEA – Repetizzjonijiet
Mill-imħazen tal-festa
Miss Universe Malta 2018
Mixage
MotorsMT
Ninvestigaw x’qed nieklu – Repetizzjonijiet
Pageant of the Seas
Paġna minn ktieb
Pape Satan – Repetizzjonijiet
Paqpaq Lifestyle
Paqpaq on Test – Repetizzjonijiet
Pellikola – Repetizzjonijiet
Personaggi – Repetizzjonijiet
Programmi għat-tfal – Repetizzjonijiet
Propjeta’ Malta – Repetizzjonijiet
Pudinu u Sħabu – Repetizzjonijiet
Puffle Town – Repetizzjonijiet
Quddiesa
Quddiesa minn Ta’ Pinu
Quddiesa tal-Ħadd
Rajt ma’ rajtx – Repetizzjonijiet
Regatta Jum il-Vittorja
Ruggers
Science in the City
Sibtek – Repetizzjonijiet
Skjetti…il-Ħadd – Repetizzjonijiet
Sport Għawdex
Sports Panorama
St Mary’s – Repetizzjonijiet
Storjografija – Repetizzjonijiet
Super 5
Swimup
Taħt l-art – Repetizzjonijiet
Teledrammi – Nostalġija u Tifkiriet – Repetizzjonijiet
Tertuqa 35
Tertuqa 35
Tough Luck
TVMi Insights
UEFA Super Cup
Umani
Unplugged Malta
Valletta – Ilwien ta’ Belt – Repetizzjonijiet
Venere – Repetizzjonijiet
Vigilante – Repetizzjonijiet
X Factor
X Factor Daily
X’kien ġara tassew – Repetizzjonijet
Xi qrajt dan l-aħħar
Xjenzarti – Repetizzjonijiet
Xtra Sajf
Ħarifa Maltija
Ħbieb u Għedewwa
Ħbieb u Għedewwa – Repetizzjonijiet