+
IRREĠISTRA HAWN biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

Jitkellmu l-ħitan u dawk li jgħixu fihom f’dik l-aktar ħajja mistura u siekta ta’ dawn il-gżejjer. Dan hu “X’joffri l-kunvent”. Issa fit-tieni sensiela tiegħu fejn għal darba oħra se teħodna dawra panoramika madwar l-eqdem binjiet mistura f’Malta u Għawdex. Dan bil-għan li twassal l-udjenza tifhem u tiskopri l-ħajja klawstrali u monastika ta’ dan il-pajjiż.

Binjiet emormi, uħud minnhom imorru lura mijiet ta’ snin li iżda fil-paċi u l-ħemda tagħhom għadna sal-lum insibu fihom komunitajiet ta’ Patrijiet u Sorijiet ta’ kull eta, jgħaddu ħajjithom jaħdmu u jitolbu mingħajr l-iċken ħjiel li qatt xi darba se joħorġu minnhom!

Kull programm hu attrazzjoni, waħda isbaħ mill-oħra ta’ kompożizzjoni ta’ xogħolijiet artistiċi amalgamati b’sengħa kbira biex se jkunu qed jiġu preżentati lill-udjenza televiżiva, serje oħra ta’ din il-produzzjoni li, bla dubju se tibqa’ tgħożż fil-memorja għal żmien twil.

Il-kunċett iħares lejn tifsila informali iżda kostanti ta’ intervisti u waqtiet b’narrazzjoni riċerkata bla ma jitlef xejn minn elementi ta’ sorpriżi li jistgħu jitfaċċaw minn ħin għall-ieħor. F’dan il-kuntest għalhekk, programm partikolari li jista’ jitqies, forma oħra ta’ ‘Reality Show’.

Il-ħiliet tal-preżentatur veteran Mario Coleiro li jfittex, jistaqsi u jimrah f’dawn il-binjiet enormi biex isir jaf il-fatti kollha flimkien ma’ waqtiet xi drabi umoristiċi ta’ battuti bejnu u l-patrijiet jew is-sorijiet rispettivament jagħmlu minn “X’joffri l-kunvent” tassew kunċett ieħor televiżiv li jappella għall-akbar udjenza matul iż-żmien tas-Sajf.

Forsi aktar minn qabel, fl-isfond ta’ dak diġa’ mxandar fl-ewwel serje, fit-tieni sensiela, se joħroġ bla dubju dak l-element uman, ta’ servizz ta’ qadi li wħud fost dawn il-komunitajiet jistgħu joffru.

Dan hu attribwit għal fatt li waqt li fis-sensiela preċedenti, id-dimensjoni ta’ ħajja monastika / klawstrali kienet fuq quddiem nett tal-kunventi u l-monasteri li dehru, f’dawk li ġejjin se jkun hemm taħlita mill-isbaħ ta’ dawn li wħud minnhom jistgħu qed iservu wkoll bħala sors ta’ missjoni b’differenza f’dawn il-gżejjer illum.

L-għan ewlieni ta’ din il-produzzjoni jibqa’ dak miġbur f’erba elementi tal-istess dimensjoni, jigifieri; informazzjoni, edukazzjoni, kultura u divertiment li flimkien, nemnu, huma r-riċetta ta’ dak li jfittex it-telespettatur illum wara jum xogħol u ġimgħa ħsebijiet tqal!

Il-produzzjoni eżekuttiva bħas-soltu tinsab f’idejn 24sevenMedia u CBBteamworks, illum sieħba ewlenin, b’reputazzjoni kemm f’livell bħala kumpaniji ndividwali, kif ukoll issa b’dan il-proġett u oħrajn li se jkunu qed joħorġu fis-suq fiż-żmien li ġej.

X’joffri l-Kunvent se jkun qed jitwassal b’kitba u riċerka ta’ Tonio Bonello u narrazzjoni ta’ Carlo Borg Bonaci li huma wkoll il-producers ta’ din is-sensiela. Crew Tekniku jinkludi lil Sebio Aquilina, Michael Grech u Julian Vella fost oħrajn. Mario Coleiro se jkun qed jippreżenta dan il-programm.

X’joffri l-Kunvent se jkun qed jixxandar kull nhar ta’ Tnejn minn nhar it-Tnejn 11 ta’ Lulju fid-8.40pm fuq TVM, eżatt wara l-aħbarijiet tat-8.00pm. B’ripetizzjoni proprju l-għada fid-8.40 ta’ filgħaxija fuq TVM2. (Media Source : [email protected] : www.24sevenmedia.tv)

Programmi

Animal Diaries – Repetizzjonijiet
Awtokura – Repetizzjonijiet
Aħbar Tajba
Aħbarijiet Sportivi
BOV Premier League
Caravaggio
Carmen
Cavalleria Rusticana
Ċirkostanzi – Repetizzjonijiet
Deheb il-Karta – Repetizzjonijiet
DOC – Doctor On Call – Repetizzjonijiet
Don Giovanni
DOT EU
Dwarna – Repetizzjonijiet
Eurovision Young Musicians
Eurovision Young Musicians
Fil-ġnien ma’ Melo
Frekwenzi Ħiemda – Repetizzjonijiet
Gadgets – Repetizzjonijiet
Għanafest 2016
Għanafest 2017
Għawdex illum
Harbour Life – Repetizzjonijiet
I Pagliacci
Il-Proġett
Il-Vjaġġatur – Repetizzjonijiet
Il-Ħarsa ta’ Ruzann
Ilħna mill-Kottonera – Repetizzjonijiet
Is-seħer u l-ġmiel tal-ibħra ta’ Filfla
It-Triq – Repetizzjonijiet
Jazz festival 2017
Kontrattakk
Kromosoma – Repetizzjonijiet
Kultura News
Kuluri tal-Awtiżmu – Repetizzjonijiet
L-aħbarijiet ta’ Televixin Malta
L-irkant – Repetizzjonijiet
L-ordni – Repetizzjonijiet
La Boheme
La Traviata
Laparelli Sa Piano – Repetizzjonijiet
Lenti – Repetizzjonijiet
Linji Lokali – Repetizzjonijiet
Lotto Quaterno
Lucia Di Lammermoor
Madagascar – Id-dinja tal-annimali
Mafkar – Repetizzjonijiet
Malta Fashion Awards 2018
Malta Short Film Festival
Malta u lil hinn minnha – Repetizzjonijiet
Maltin f’Izmir
Manwela – Repetizzjonijiet
Mattia – Repetizzjonijiet
MEA – Repetizzjonijiet
Mill-imħazen tal-festa
Miss Universe Malta 2018
Mixage
Motorsmt
Ninvestigaw x’qed nieklu – Repetizzjonijiet
Opera Aida
Ordinazzjoni tal-Isqof Mons. Joseph Galea Curmi
Pageant of the Seas
Paġna minn ktieb
Pape Satan – Repetizzjonijiet
Paqpaq Lifestyle
Paqpaq on Test – Repetizzjonijiet
Pellikola – Repetizzjonijiet
Personaggi – Repetizzjonijiet
Programmi għat-tfal – Repetizzjonijiet
Propjeta’ Malta – Repetizzjonijiet
Pudinu u Sħabu – Repetizzjonijiet
Puffle Town – Repetizzjonijiet
Quddiesa
Quddiesa minn Ta’ Pinu
Quddiesa tal-Ħadd
Rajt ma’ rajtx – Repetizzjonijiet
Ruggers
Sibtek – Repetizzjonijiet
Skjetti…il-Ħadd – Repetizzjonijiet
Sport Għawdex
St Mary’s – Repetizzjonijiet
Storjografija – Repetizzjonijiet
Super 5
Swimup
Taħt l-art – Repetizzjonijiet
Teledrammi – Nostalġija u Tifkiriet – Repetizzjonijiet
Tertuqa 35
Tough Luck
UEFA Super Cup
Unplugged Malta
Valletta – Ilwien ta’ Belt – Repetizzjonijiet
Venere – Repetizzjonijiet
Vigilante – Repetizzjonijiet
X’joffri l-kunvent – Repetizzjonijiet
X’kien ġara tassew – Repetizzjonijet
Xjenzarti – Repetizzjonijiet
Xtra Sajf
Ħadt l-aħbar
Ħbieb u Għedewwa – Repetizzjonijiet