+
IRREĠISTRA HAWN biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

 

X’kien ġara tassew? hi sensiela dwar kif inħarsu lejn l-istorja ta’ dawn il-gżejjer b’differenza: mhux

kulma tgħallimna u qalulna fl-imgħoddi kien dejjem qrib sew tas-sewwa. Dis-sensiela għalhekk se

tistaqsi ħafna domandi u tipprovoka diskussjoni fuq x’kien ġara tassew fil-passat tagħna bl-ewwel

programm fuq il-kult ta’ San Pawl f’Malta, inkluż investigazzjoni dwar kienx tabilħaqq ġie f’dal-gżejjer

jew le l-appostlu San Pawl. Il-programm isaħħaħ fehmtu bl-għajnuna ta’ riċerkaturi u akkademiċi

esperti fl-oqsma tagħhom. Permezz ta’ filmati, xbiehat pertinenti u opinjonijiet qsar imma preċiżi s-

sensiela se twassal dak kollu li s-soċjetà tagħna llum trid tħalli warajha fil-patrimonju storiku ta’

Malta u Għawdex.

Preżentazzjoni u kordinazzjoni: Dr Charles Xuereb

Produzzjoni: DeeMedia.tv Limited

X’kien ġara tassew – Repetizzjonijet
L-aħħar Episodju
15 days left
L-Episodju li jmiss
Sat 29 Sep | 16:15