6:00
6:30
7:00
7:30
8:00
8:30
9:00
9:30
10:00
10:30
11:00
11:30
12:00
12:30
13:00
13:30
14:00
14:30
15:00
15:30
16:00
16:30
17:00
17:30
18:00
18:30
19:00
19:30
20:00
20:30
21:00
21:30
22:00
22:30
23:00
23:30

Sorelle – It-Tielet Staġun

06:30 - 07:00

Fit-tielet staġun ta’ Sorelle se naraw lill-aħwa, flimkien ma’ dawk kollha li  sofrew taħt idejn Leo, inklużi martu Bella u bintu Janice, ikomplu jagħmlu minn kollox biex jeħilsu darba għal dejjem minnu. Il-fatti se juruna li dan mhu se jkun faċli xejn għax Leo għandu għeruq fil-fond u għalhekk għad baqagħlu ħafna sorpriżi għalihom ilkoll.  Dan waqt li flimkien ikomplu jaraw kif jesponu lil dawk li b’xi mod jew ieħor ikun qed jirnexxilhom jaħarbu mill-awtoritajiet.

Ta’ Filgħodu

07:00 - 09:00

Ta' Filgħodu se jkun qed jibda jum ġdid fuq nota pożittiva; b'informazzjoni u aġġornamenti regolari dwar it-traffiku, it-temp u l-ewwel faċċati tal-gazzetti mal-ewwel tazza cafè. Dan iwassalna biex flimkien ma’ Ray Attard niltaqgħu mal-protagonisti li minn wara l-kwinti jkunu qed jagħmlu l-ġurnata ta’ kulħadd waħda isbaħ fl-oqsma rispettivi tagħhom. Ta' Filgħodu se jkun kurrenti imma din id-darba minn angoli oħra ta’ interess, li bis-sewwa se jkunu qed jgħarrfu lit-telespettaturi b'dak kollu li jkun qed jiġri madwarna. Preżentazzjoni ta’ Ray Attard.

FitAm

09:00 - 09:30

FITam, ippreżentat minn Melanie Kelly u Andreana DeBattista jiffoka fuq is-saħħa u l-kunċett ta’ ħajja attiva u pożittiva. Melanie u Andreana jlaqqgħuna ma’ esperti varji f’dan il-kamp u saħansitra jistidnuna biex inkunu iktar attivi permezz ta’ eżerċizzju waqt il-programm. Ingħaqad magħna kull filgħodu fid-09:00.

Quddiesa tal-Jum

09:30 - 10:00

Xandira diretta mit-Tnejn sal-Ġimgħa

Għaddi s’Hawn

10:00 - 11:45

Għaddi s’Hawn huwa programm ġdid fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-10:00 u 11:45. Il-programm se jkollu produzzjoni friska għall-aħħar. Antonella Vassallo se tlaqqagħna ma’ diversi personaġġi wara li  hi tkun għamlitilhom stedina. Kollha kemm huma, b’xi mod jew ieħor, ħallew impatt f’ħajjitna. Se niskopru wkoll x’hemm moħbi wara l-kwinti u iktar. L-importanti li ma tmurx b’idek f’idek. Dan il-programm se jiftaħ il-bieb għal dawk it-telespettaturi li dejjem kellhom ix-xewqa li jkunu protagonisti, għal dawk li jħobbu jidhru, dawk li jridu bidla f’ħajjithom, għal dawk li jilqgħu kull sfida, għall-ġirien, għall-ħbieb u għar-razza u r-radika. Imma dawn min huma? Intom ġejjin? Kunu lesti li tpoġġu bilqiegħda jew ibqgħu bilwieqfa jekk tridu; l-aqwa li tieħdu pjaċir u tirbħu r-rigali anke jekk ma tagħmlu xejn. Ma’ Antonella l-bieb miftuħ għal kulħadd!

Tal-Ewwel

11:45 - 12:00

L-għan ta’ dan il-programm hu li nagħtu lit-telespettaturi ftit għarfien dwar avvenimenti dinjiji kif ukoll nazzjonali ta’ meta seħħew ghall-ewwel darba, u li b’xi mod jew ieħor għamlu impatt u biddlu l-istorja tad-dinja.

Aħbarijiet fil-qosor

12:00 - 12:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Niskata

12:15 - 14:30

Niskata huwa programm magażin li jittella’ mit-Tnejn sal-Ġimgħa filgħodu bi preżentazzjoni ta’ Angela Agius. Il-programm huwa mżewwaq b’suġġetti varji; waqtiet ta’ divertiment u tagħlim għat-telespettaturi permezz ta’ kuntatt telefoniku u sehem fid-diskussjoni; logħob u kompetizzjonijiet bi premijiet. L-għan huwa li Niskata jkun alternattiva attraenti għall-programmi televiżivi u l-għażla naturali tat-telespettaturi.

Ilsienna – Verżjoni qasira

14:35 - 14:50

Verżjoni qasira - X’inhi l-lingwa Maltija? Kif tnisslet? U kif qed titħaddem illum il-ġurnata? Xi rridu nfissru meta ngħidu li l-Malti huwa l-lingwa tagħnaIlsienna jistħarreġ dawn il-mistoqsijiet u aktar b’rokniet informattivi u b’intervisti ma’ esperti differenti mill-oqsma tal-istorja u l-lingwistika, il-folkor, l-edukazzjoni, il-letteratura, u l-industriji kreattivi.

Dr Protomiks

14:40 - 14:55

Dr. Protomiks huwa programm b'forma ta' logħba edukattiva għat-tfal li tgħaqqad l-istorja, is-soluzzjoni tal-problemi u anke l-misterju. Il-programm huwa bbażat fuq dinja fittizja meħuda minn kreaturi  bl-isem ta’ Zedz. Kull ġimgħa l-programm se jkun ibbażat f'post storiku differenti madwar Malta u Għawdex bħal mużewijiet u palazzi. Dr.Protomiks għamel esperiment xjentifiku biex jiltaqa’ ma’ karattri storiċi mill-passat iżda dan fallielu, b’hekk tfaċċaw dawn il-kreaturi. Wara dan l-esperiment dawn z-Zedz ġew meħlusa u bdew jxekklu l-logħob, b’hekk Dr. Protomiks jinsab fuq missjoni biex jgħin lit-tfal isewwi l-ħsara u jaħarbu mill-mużew. Dr. Protomiks huwa produzzjoni ta’ DeeMedia.tv u Brandon Terribile.

Naqraw Flimkien

14:55 - 15:05

Naqraw Flimkien hu programm televiżiv immirat għal tfal ta’ bejn it-3 snin u l-11 il-sena. Matul din is-sensiela televiżiva se jinqraw kotba b’mod interattiv fejn it-tfal jiġu motivati sabiex jitħeġġu jaqraw aktar. Produzzjoni ta’ PBS u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu taħt id-direzzjoni ta’ Vanessa Vella.

Avarù

15:05 - 15:10

Avarù hija sensiela inklussiva bl-użu tas-sensi fejn ser toffri esperjenza immersiva għall-udjenzi tagħna. Din is-sensiela hija speċifikament maħluqa għall-tfal b’abbiltajiet differenti jew PMLD – “profound and multiple learning disabilities”. Tinkludi wkoll tfal fuq l-ispetru tal-awtiżmu. Avarù hija sensiela bbażata fuq tliet supereroj: Diżż, Justus u Alwett. Dawn jagħmlu Avarù u flimkien jipproteġu n-nies tar-raħal mis-sindku supperva Kattivella. Dawn it-tliet supereroj ser juru diversi affarijiet fuq suġġetti varji. Huma se jinkoraġġixxu lit-telespettaturi biex jinteraġixxu magħhom billi jużaw il-ħames sensi. L-użu tas-sensi ser  jagħmel l-esperjenza interattiva għat-telespettaturi u dan jgħin sabiex it-telespettaturi jidħlu fid-dinja ta’ Avarù minn djarhom stess. L-ispettaklu huwa ddisinjat b'mużika sabiħa u rilassanti, grafika kkulurita u jinkludi wkoll sottotitoli u interpretu tal-lingwa tas-sinjali

Backstage

15:10 - 15:45

Backstage jsegwi l-ansjetajiet, id-diżappunti, il-ħbiberiji ġodda u s-sodisfazzjonijiet ta’ grupp ta’ teenagers b’talent kbir matul it-tlajja’ u l-inżul tal-ħajja tagħhom fl-iskola prestiġjuża Keaton School of the Arts. Permezz ta’ konfessjonijiet bi stil ta’ djarju u cliffhangers drammatiċi Backstage jitfa’ dawl fuq dawn l-istilel artistiċi ta’ għada huma u jaħdmu għall-ħolma tagħhom filwaqt li jħabbtu wiċċhom mar-realtajiet tal-ħajja ta’ kuljum bħala studenti, aħwa, ulied, namrati u dak kollu li jagħmel teenager. Kull episodju huwa mimli bi żfin u spettakli strumentali u vokali minn rehearsals għal kunċerti għal lejliet tal-ftuħ.

Minuta Malti

15:40 - 15:45

Minuta Malti huwa ismu miegħu - programm ta’ minuta li fih jiġu mfiehma xi regoli tal-kitba fil-Malti. Bi preżentazzjoni ta’ Christiana Farrugia, kitba ta’ Matthew Sultana u direzzjoni ta’ Vanessa Vella, Minuta Malti għandu l-iskop li jeduka, jagħti iżjed għarfien u jqajjem kuxjenza u namra għall-kitba tajba tal-lingwa Maltija.

Sorelle – It-Tielet Staġun

15:45 - 16:30

Fit-tielet staġun ta’ Sorelle se naraw lill-aħwa, flimkien ma’ dawk kollha li  sofrew taħt idejn Leo, inklużi martu Bella u bintu Janice, ikomplu jagħmlu minn kollox biex jeħilsu darba għal dejjem minnu. Il-fatti se juruna li dan mhu se jkun faċli xejn għax Leo għandu għeruq fil-fond u għalhekk għad baqagħlu ħafna sorpriżi għalihom ilkoll.  Dan waqt li flimkien ikomplu jaraw kif jesponu lil dawk li b’xi mod jew ieħor ikun qed jirnexxilhom jaħarbu mill-awtoritajiet.

Maltarti

16:30 - 16:45

Programm ta’ kuljum li jesplora, jiddiskuti u fuq kollox jiċċelebra x-xena kulturali fil-gżejjer Maltin. Il-vjaġġ ta’ MaltArti jqarribna kemm lejn ħajjet l-artisti u l-persunaġġi fil-qasam tal-arti, kif ukoll lejn xogħolhom u l-proġetti artistiċi li jkunu qed iseħħu. Il-programm MaltArti huwa proġett ta’ NoċeMuskata u Sharpshoot b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti.

Illum ma’ Steph

16:45 - 18:00

Illum ma’ Steph jirritorna mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-16:45 sas-18:00. Flimkien nitkellmu, nilagħbu, nitbissmu u, fejn hemm bżonn, nitgħallmu wkoll. Nerġgħu niltaqgħu mal-personalitajiet tant maħbuba minnkom u nkomplu niskopru personalitajiet ġodda. Nitħaddtu fuq suġġetti varji, serji u oħrajn mhux daqstant, filwaqt li xi logħba ma tonqosx. Illum ma’ Steph jagħtik merħba lura d-dar wara ġurnata xogħol.

Il-Kollezzjonist

18:00 - 18:30

Il-Kollezzjonist huwa programm investigattiv immirat biex jissodisfa l-kurżità tan-nies dwar it-teżori moħbija ta’ Malta. Se jagħmel dan billi jipprova joħloq profil psikoloġiku tal-kollettur innifsu. Kollezzjonijiet bħal dawn jinkludu oġġetti storiċi oriġinali u artefatti rari fosthom Van Gogh u Modigliani.

Moħħok Hemm

18:30 - 19:15

Kwiżż divertenti ta’ kuljum bejn is-18:30 u s-19:15 fuq TVM immexxi minn Carlo Borg Bonaci li se jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu fuq it-televiżjoni wara nuqqas ta’ għaxar snin. Moħħok Hemm huwa intenzjonat li jattira lura dawk il-parteċipanti li kienu protagonisti fi quiz shows fil-passat u li lesti jisfidaw kompetituri oħra ġodda. Dawn tal-aħħar se jieħdu l-opportunità għall-ewwel darba li jaqsmu mat-telespettaturi t-talenti tagħhom. L-intenzjoni waħdanija hi dik li bl-għerf u l-personalità tagħhom jiddevertu lill-udjenza u jirsistu sabiex jirbħu premijiet kbar ta’ kull ġimgħa! Jassisti lil Carlo f’Moħħok Hemm se jkun hemm Gordon Bonello bi rwol partikolari waqt mumenti minn dan il-kwiżż. Ir-rebbieħa kollha ta’ kull ġimgħa se jerġgħu jiltaqgħu lejn l-aħħar ġimgħat tas-sensiela biex jikkompetu bejniethom f’tournament li jwassalna biex inkunu nafu min se jkun ir-rebbieħ fuq ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni  ta’ Moħħok Hemm.

Gourmet Challenge

19:15 - 19:45

Philippa Zammit tippreżenta Gourmet Challenge bil-parteċipazzjoni tal-kokijiet Daniel Grech (Burger’s Ink / Wagyu) u Alain Grech (The Chef’s Table) bħala ġurija. Personalitajiet Maltin se jisfidaw lil xulxin f’serje ta’ avventuri kulinarji. Il-ġurija lesta tipprova kollox: mill-imħuħ tal-ħnieżer sa insalati kkuluriti.

Il-Bolla

19:45 - 19:50

Il-Bolla se jeħodna fuq vjaġġ ispirat mill-bolol li l-istorja tagħhom f’pajjiżna tmur lura għall-1860.  Dawn ir-riproduzzjonijiet ċkejkna ta’ xogħlijiet artistiċi huma magħrufa internazzjonalment għall-firxa vasta ta’ temi illi jesponu. Fit-tieni skeda tiegħu Il-Bolla se jiffoka fuq bolol b’rabta ma’ flora, fawna, reliġjon, personalitajiet, arkeoloġija, arkitettura u kostumi tradizzjonali fost l-oħrajn.

Malta Film Awards

19:50 - 19:55

Għall-ewwel darba se jittellgħu l-Malta Film Awards. Dawn l-unuri se jkunu qed jiġu organizzati mill-Kummissjoni Maltija tal-Films flimkien mal-Public Broadcasting Services fi Frar tas-sena d-dieħla.

L-aħbarijiet tat-8pm

20:00 - 20:50

Għad-Dell ta’ San Pietru

21:00 - 22:00

Għad-Dell ta’ San Pietru hija enċiklopedija televiżiva li se turi kif taħdem il-Kurja tal-Papiet. Kollox iseħħ ghad-dell tal-koppla ta’ San Pietru fejn wieħed isib l-uffiċċji kollha tal-gvern tal-Papa. Dan il-programm huwa minjiera ta’ informazzjoni fuq il-ħajja u l-istorja tal-Vatikan. Dan il-programm huwa produzzjoni eżekuttiva ta’ DeeMedia.tv flimkien mal-Vatikanologista Frank Zammit.

Nisfidak

22:00 - 22:30

Tlett iħbieb jikkompetu ma’ xulxin għat-titlu ta’ Eroj Mondjali billi jidħlu għal sfidi li jridu jwettqu quddiem il-pubbliku. Jirbaħ min fosthom jirnexxilu jaqa’ għaċ-ċajt l-iktar. Fl-aħħar tas-sensiela, xi ħadd minnhom se jiġi inkurunat Eroj Mondjali u xi ħaddieħor Falliment Katastrofiku. X'mhumiex lesti jagħmlu dawn it-tlieta għall-kisba tat-titlu?

Luxdesign

22:30 - 23:15

Il-programm Luxdesign lura fuq it-televiżjoni biex ikompli jagħti lil dawk li jħobbu d-djar ideat kif jieħdu ħsiebhom jew jirranġawhom mill-ġdid. Il-preżentatur u l-produttur Noel Bartolo jlaqqa’ l-udjenza ma’ mistiedna li  jitkellmu dwar materjali u suġġetti differenti u, flimkien mad-direttur tal-programm Richard Cassar, jieħdu lill-udjenza tal-programm fid-dinja tar-rinnovazzjoni u d-djar.

Etimoloġija

23:15 - 23:30

Etimoloġija huwa programm ġdid li se juri l-oriġini ta’ kelmiet Maltin. Jippreżenta Yendrick Cioffi.

Sorelle – It-Tielet Staġun

23:30 - 23:59

Fit-tielet staġun ta’ Sorelle se naraw lill-aħwa, flimkien ma’ dawk kollha li  sofrew taħt idejn Leo, inklużi martu Bella u bintu Janice, ikomplu jagħmlu minn kollox biex jeħilsu darba għal dejjem minnu. Il-fatti se juruna li dan mhu se jkun faċli xejn għax Leo għandu għeruq fil-fond u għalhekk għad baqagħlu ħafna sorpriżi għalihom ilkoll.  Dan waqt li flimkien ikomplu jaraw kif jesponu lil dawk li b’xi mod jew ieħor ikun qed jirnexxilhom jaħarbu mill-awtoritajiet.

EuroNews

00:00 - 00:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

EuroNews

06:00 - 06:55

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

TVAM

06:55 - 09:00

Matul is-sena li għaddiet TVAM reġa’ stabbilixxa ruħu bhala l-uniku programm ta’ filgħodu għal min irid iżomm ruħu infurmat. Hekk kif issa dieħel fil-11-il sena tiegħu, b'rappurtaġġ analitiku u bilanċjat, b’diskussjonijiet attwali u b’intervisti diretti, TVAM jipprovdi l-aħħar aġġornamenti tal-aħbarijiet, ġrajjiet kurrenti u sport. TVAM – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-6.55am sad-9am.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

07:00 - 07:30

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

08:00 - 08:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

09:00 - 09:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Maltarti

09:15 - 09:30

Programm ta’ kuljum li jesplora, jiddiskuti u fuq kollox jiċċelebra x-xena kulturali fil-gżejjer Maltin. Il-vjaġġ ta’ MaltArti jqarribna kemm lejn ħajjet l-artisti u l-persunaġġi fil-qasam tal-arti, kif ukoll lejn xogħolhom u l-proġetti artistiċi li jkunu qed iseħħu. Il-programm MaltArti huwa proġett ta’ NoċeMuskata u Sharpshoot b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti.

Nota f’Nota

09:30 - 10:00

Nota f’Nota jitfa’ dawl fuq l-aspetti kollha mużikali f’Malta. Il-programm jiġbor fih tagħrif dwar mużiċisti, kompożituri, bands, musicals oriġinali, festivals u dak kollu li jikkontribwixxi fl-industrija tal-mużika lokali. Il-mużika tintgħoġob minn kulħadd, għaldaqstant dan id-dokumentarju jinżel tajjeb ma’ udjenza wiesgħa.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

10:00 - 10:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Ilsienna – Verżjoni qasira

10:15 - 10:30

Verżjoni qasira - X’inhi l-lingwa Maltija? Kif tnisslet? U kif qed titħaddem illum il-ġurnata? Xi rridu nfissru meta ngħidu li l-Malti huwa l-lingwa tagħnaIlsienna jistħarreġ dawn il-mistoqsijiet u aktar b’rokniet informattivi u b’intervisti ma’ esperti differenti mill-oqsma tal-istorja u l-lingwistika, il-folkor, l-edukazzjoni, il-letteratura, u l-industriji kreattivi.

EuroNews

10:30 - 11:00

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

11:00 - 12:00

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

PaqPaq

12:00 - 12:30

L-iskeda l-ġdida tiċċelebra l-20 anniversarju tal-programm Paqpaq u se tiffoka fuq test drives tal-karozzi u l-muturi ġodda li jaslu fis-suq lokali kif ukoll tibqa’ ssegwi x-xena tal-vetturi klassiċi, il-motorsport, l-iżviluppi fid-dinja tal-vetturi elettriċi u s-sigurtà fit-toroq Maltin.

EuroNews

12:30 - 13:00

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

13:00 - 13:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Maltarti

13:15 - 13:30

Programm ta’ kuljum li jesplora, jiddiskuti u fuq kollox jiċċelebra x-xena kulturali fil-gżejjer Maltin. Il-vjaġġ ta’ MaltArti jqarribna kemm lejn ħajjet l-artisti u l-persunaġġi fil-qasam tal-arti, kif ukoll lejn xogħolhom u l-proġetti artistiċi li jkunu qed iseħħu. Il-programm MaltArti huwa proġett ta’ NoċeMuskata u Sharpshoot b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti.

Topik

13:30 - 15:00

Quinton Scerri jirritorna bi programm ġdid, Topik, fuq TVM News Plus. Waqt Topik se niddiskutu, nagħmlu esperimenti u investigazzjonijiet li jqajmu kurżitajiet u fatti fuq diversi suġġetti. Se jkollna programmi kontroversjali, kurrenti, kumplessi, kif ukoll intervisti esklussivi ma’ persuni li l-istejjer tagħhom huma inkredibbli. Idħol magħna fid-diskussjoni u kun parti minn Topik.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

14:00 - 14:05

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

15:00 - 15:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

L-intrapriza

15:15 - 15:30

L-Intrapriża se jinkludi negozji li għadhom jibdew u oħrajn stabbiliti li jaħdmu fl-industriji produttivi. Se juri r-realtajiet li l-operaturi fin-negozju jaffaċċjaw u l-għajnuna li l-Kamra tal-Kummerċ u l-Malta Enterprise qed jagħtu lill-industriji u l-intrapriżi. Kull episodju se jinkludi l-aħħar aħbarijiet lokali dwar il-kummerċ u tagħrif dwar skemi għan-negozji.

Il-Mara

15:30 - 15:45

Il-Mara hija sensiela ta’ intervisti li tixħet dawl fuq nisa Maltin li jistħoqqilhom rikonoxximent f’oqsma bħall-arti, ix-xjenza u l-amministrazzjoni pubblika. It-tim ta’ produzzjoni jemmen li, matul iż-żminijiet, ftit kienu n-nisa Maltin li ngħataw biżżejjed spazju sabiex jibbrillaw, u dawk li rnexxielhom, minkejja l-iżvantaġġi li ħabbtu wiċċhom magħhom, ma kinux irrappreżentati biżżejjed fl-istorja. Din is-sensiela tfittex li tagħmel tajjeb għal dan l-iżbilanċ storiku, din id-darba billi tiffoka l-lenti tagħha fuq in-nisa fl-isport.

Ilsienna – Verżjoni qasira

15:45 - 16:00

Verżjoni qasira - X’inhi l-lingwa Maltija? Kif tnisslet? U kif qed titħaddem illum il-ġurnata? Xi rridu nfissru meta ngħidu li l-Malti huwa l-lingwa tagħnaIlsienna jistħarreġ dawn il-mistoqsijiet u aktar b’rokniet informattivi u b’intervisti ma’ esperti differenti mill-oqsma tal-istorja u l-lingwistika, il-folkor, l-edukazzjoni, il-letteratura, u l-industriji kreattivi.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

16:00 - 16:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Common Sense

16:15 - 16:30

Matul il-programm l-udjenza se tingħata informazzjoni siewja dwar kif wieħed jista’ jindirizza, kuljum, sitwazzjonijiet ta’ saħħa mentali. Permezz ta’ illustrazzjonijiet ħfief u lista ta’ pariri punt b’punt, l-udjenza tingħata informazzjoni xjentifika mingħajr ma tuża wisq il-lingwaġġ mediku.

Tal-Ewwel

16:15 - 16:30

L-għan ta’ dan il-programm hu li nagħtu lit-telespettaturi ftit għarfien dwar avvenimenti dinjiji kif ukoll nazzjonali ta’ meta seħħew ghall-ewwel darba, u li b’xi mod jew ieħor għamlu impatt u biddlu l-istorja tad-dinja.

Motorsmt

16:30 - 17:00

Wara waqfa, Motorsmt jerġa’ lura fuq it-televiżjoni. Bħal qabel, se nkunu qed nieħdu l-azzjoni kollha mid-dixxiplini varji tal-motorsport. Se nkunu qed nipprovdu informazzjoni dwar il-kostruzzjoni ta’ karozzi tat-tlielaq, azzjonijiet tat-tlielaq, kompetizzjoni intensa, diżappunti iżda ħafna aktar suċċessi u rebħiet drammatiċi tas-sewwieqa Maltin, kemm f’Malta u wkoll barra. Dan il-programm għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Oliver Attard.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

17:00 - 17:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Maltarti

17:15 - 17:30

Programm ta’ kuljum li jesplora, jiddiskuti u fuq kollox jiċċelebra x-xena kulturali fil-gżejjer Maltin. Il-vjaġġ ta’ MaltArti jqarribna kemm lejn ħajjet l-artisti u l-persunaġġi fil-qasam tal-arti, kif ukoll lejn xogħolhom u l-proġetti artistiċi li jkunu qed iseħħu. Il-programm MaltArti huwa proġett ta’ NoċeMuskata u Sharpshoot b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti.

Ruggers

17:30 - 18:00

Ruggers iżommok aġġornat ma’ dak kollu li qed jiġri fix-xena lokali tar-rugby. Segwi l-aqwa azzjonijiet tal-kompetizzjonijiet maskili u femminili, intervisti mal-protagonisti kif ukoll avvenimenti kurrenti.  Ruggers - ir-rugby lokali fuq TVM2.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

18:00 - 18:30

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Mill-Kamra

18:30 - 20:00

L-ewwel programm tat-tip tiegħu fuq l-iskeda tax-xandir Malti, din il-produzzjoni se tħares lejn ix-xogħol tal-Parlament Malti waqt il-plenarja kif ukoll f’diversi kumitati. Il-programm jagħti ħarsa wkoll lejn ix-xogħol tal-Membri Parlamentari Ewropej Maltin. Jippreżenta Albert Gauci Cunningham.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

19:00 - 19:05

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Minuta Malti

19:45 - 19:50

Minuta Malti huwa ismu miegħu - programm ta’ minuta li fih jiġu mfiehma xi regoli tal-kitba fil-Malti. Bi preżentazzjoni ta’ Christiana Farrugia, kitba ta’ Matthew Sultana u direzzjoni ta’ Vanessa Vella, Minuta Malti għandu l-iskop li jeduka, jagħti iżjed għarfien u jqajjem kuxjenza u namra għall-kitba tajba tal-lingwa Maltija.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

20:00 - 20:45

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

23:00 - 23:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

L-Aħbarijiet Sportivi

23:15 - 23:30

Xi qrajt xi smajt

06:25 - 06:30

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Xi qrajt xi smajt

11:53 - 11:58

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Xi qrajt xi smajt

23:45 - 23:50

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN