6:00
6:30
7:00
7:30
8:00
8:30
9:00
9:30
10:00
10:30
11:00
11:30
12:00
12:30
13:00
13:30
14:00
14:30
15:00
15:30
16:00
16:30
17:00
17:30
18:00
18:30
19:00
19:30
20:00
20:30
21:00
21:30
22:00
22:30
23:00
23:30

Nostalġija – It-Tieni Staġun

06:00 - 07:00

Nostalġija jittratta l-mod kif jgħixu l-karattri fi tlett irħula differenti.

Viżjoni

07:00 - 07:30

Mhumiex biss prodotti li ssib fil-friġġ jew fl-armarju tiegħek imma huma stejjer veri ta’ grinta, għaraq u perseveranza. Sir midħla ta’ dawn l-istejjer u fl-istess ħin skopri l-gastronomija mal-aħwa Preca.

Ta’ Filgħodu

07:30 - 09:00

Ta' Filgħodu se jkun qed jibda jum ġdid fuq nota pożittiva; b'informazzjoni u aġġornamenti regolari dwar it-traffiku, it-temp u l-ewwel faċċati tal-gazzetti mal-ewwel tazza cafè. Dan iwassalna biex flimkien ma’ Ray Attard niltaqgħu mal-protagonisti li minn wara l-kwinti jkunu qed jagħmlu l-ġurnata ta’ kulħadd waħda isbaħ fl-oqsma rispettivi tagħhom. Ta' Filgħodu se jkun kurrenti imma din id-darba minn angoli oħra ta’ interess, li bis-sewwa se jkunu qed jgħarrfu lit-telespettaturi b'dak kollu li jkun qed jiġri madwarna. Preżentazzjoni ta’ Ray Attard.

Aħbar Tajba

09:00 - 09:30

Aħbar Tajba se jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fid-09:00 minn Ottubru. Se jiffoka dwar l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes tagħna fil-Ħdud u l-festi. Barra minn hekk, se jkun fih żewġ features oħra li se jeħduna f’ambjenti oħra biex inkunu nistgħu ngawdu t-teżori li għandna f’Malta marbuta mal-ambjent, il-knejjes, postijiet ta’ interess u l-bqija. Fl-ewwel taqsima, Keith Demicoli, il-host tal-programm, se jitkellem ma’ misteiden speċjali dwar suġġett morali. Fr Louis Mallia mssp se jkun is-saċerdot li se jitkellem u jispjega l-Evanġelju, xi drabi anke flimkien ma’ nies oħra li jinteressahom jgħixu l-ħajja Kristjana. Żgur li dan il-programm se jolqot diversi etajiet u nies minn diversi oqsma tal-ħajja. Aħbar Tajba għandu produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi media u direzzjoni ta’ Paul Jones

Quddiesa tal-Ħadd

09:30 - 10:30

Malta U lil Hinn Minnha

10:30 - 12:00

Malta u lil Hinn Minnha hu ċelebrazzjoni ta’ dak li hu Malti f’oqsma differenti, ewlenin fosthom dak kulturali, storiku u ambjentali. Flimkien ma’ servizzi li jiffukaw fuq pubblikazzjonijiet u l-kċina lokali, il-programm iwassal tagħrif esklussiv dwar il-kultura u ċ-ċiviltà barranija; din is-sena jkompli jiskopri l-kultura ta’ Sqallija. Il-programm iwassal ukoll servizzi ma’ Maltin li ħallew lil art twelidhom sabiex isibu futur aħjar. Il-programm għandu produzzjoni ta’ Alvin u George Scicluna b’direzzjoni ta’ Alvin Scicluna.

Aħbarijiet fil-qosor

12:00 - 12:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

U Ejja!

12:15 - 15:00

Koppji ta’ nies li jafu sew lil xulxin se jikkompetu kull nhar ta’ Ħadd fil-programm il-ġdid ta’ Angie Laus, Uejja. Matul il-programm il-koppji se jieħdu sehem f’logħob differenti biex jiġbru l-punti u flimkien iridu jtellgħu kemm jista’ jkun flus. Kull Ħadd koppja minnhom se tkun tista’ tirbaħ sa €2,000 kontanti! Waqt il-logħob fl-istudio t-telespettaturi jistgħu jagħmlu kompetizzjonijiet bejniethom mid-dar għaliex kull logħba hija faċli li tilgħabha mid-dar ukoll. Ħa tkunu magħna? U ejja!

Ċappas

15:00 - 15:45

It-tielet edizzjoni tal-programm Ċappas tirritorna fuq TVM b’iktar kuluri, kreattività u divertiment għall-familja kollha. L-artisti Xandru Mallia u Mario Cassar, flimkien ma’ bosta artisti lokali, se jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-karattri favoriti ta’ tfulitna mid-dinja tal-cartoons permezz tal-aerografija (airbrush painting) filwaqt li juru tekniki varji oħra tal-arti. Ara tlaqna... ċappas!

Madagascar id-Dinja tal-Annimali

15:45 - 16:15

Madagascar - id-Dinja tal-Annimali jippreżenta lill-udjenza suġġetti marbuta mal-annimali. Il-programm iwassal pariri dwar saħħet l-annimali filwaqt li jagħti importanza lir-relazzjoni bejn il-pets u sidien responsabbli. Il-programm għandu produzzjoni ta’ Micabliss Group u preżentazzjoni ta’ Kevin Charles Micallef.

Lenti

16:15 - 16:45

Dan huwa d-disa’ staġun tal-programm Lenti - storja ta’ kontinwità u aċċettazzjoni mit-telespettaturi tad-dar naturali tal-programm, l-istazzjon nazzjonali. Il-formula sempliċi u bla xinxilli u l-istil inimitabbli tal-konverżazzjonijiet li l-preżentatur, Albert Marshall, iħaddem biex jeskava l-identitajiet essenzjali tal-mistednin tiegħu forsi huma s-sigriet tas-suċċess ta’ Lenti. Is-sensiela, li se tibda tixxandar f’Ottubru, hija t-tielet waħda konsekuttiva li tiffoka fuq karattri Għawdxin. F’dawn il-programmi mtellgħa minn Għawdex, Albert jipprova jitfa’ dawl fuq l-elementi li jagħżlu l-identità Għawdxija minn dik Maltija: iċ-ċelebrazzjoni tad-diversità.

Għawdex illum

16:45 - 17:15

Għal 34 sena konsekuttiva Għawdex Illum jibqa’ l-vuċi ta’ Għawdex fuq ix-xandir nazzjonali. Programm ta’ kull ġimgħa li jwassal servizzi varji ta’ tagħrif u kultura dwar dak li jkun qiegħed iseħħ fil-ħajja ta’ kuljum. Bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Alvin Scicluna, Għawdex Illum jinforma dwar l-avvenimenti ewlenin fis-setturi differenti tal-ħajja Għawdxija filwaqt li jesponi l-bidliet sostanzjali li seħħew f’Għawdex sa minn meta beda jixxandar fl-1988.

@Magic

17:15 - 17:45

Programm iddedikat kollu kemm hu lill-mużika ippreżentat mid-duwo ta’ Magic 91.7 Dorian u Amber. Dan il-programm jinkludi l-aħħar aħbarijiet mix-xena tal-mużika lokali u anke dik internazzjonali flimkien ma’ intervisti relatati ma’ avvenimenti mix-xena tal-mużika lokali. Il-programm jilħaq il-qofol tiegħu bil- @Magic Lounge Sessions fejn ta’ kull ġimgħa artisti lokali u bands, kemm stabbiliti u anke ġodda, jagħtu prestazzjoni live unplugged ta’ kanzunetti lokali ta’ artisti oħra

Tgħid x’inhu?

17:45 - 18:15

Tgħid X’Inhu? jippreżenta diversi oġġetti u artefatti misterjużi u interessanti misjuba f’diversi mużewijiet u postijiet ta’ interess bl-għan li jiskopri l-istorja tagħhom kif ukoll xi fatti kurjużi dwarhom. Tgħid X’Inhu? għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Gabriella Parsons.

Muzika Muzika – il-vjaġġ ikompli

18:00 - 18:45

Mużika Mużika – il-vjaġġ ikompli huwa programm televiżiv b’żewġ staġuni.  L-ewwel staġun ser isegwi l-vjaġġ ta' seba’ artisti ġodda waqt li jirċievu taħriġ minn professjonisti fl-industrija. Fl-aħħar programm ser jikkompetu ras imb’ras, bir-rebbieħ jingħaqad mas-semifinalisti ta’ Mużika Mużika.  It-tieni staġun se jlaqqana mas-semifinalisti ta’ Mużika Mużika u ser jidħol wara l-kwinti ta' dan il-festival prestiġġjuż.

Ninvestigaw x’Qed Nieklu

18:45 - 19:45

Ninvestigaw X’Qed Nieklu jgħinna nifhmu l-ikel li qed nikkunsmaw jew li jmissna nieklu iktar. Flimkien ma’ xjenzati, produtturi tal-ikel, tobba u awtoritajiet kompetenti neżaminaw fil-fond l-ikel u l-impatt li jħalli fuq ġisimna u saħħitna. Kull ġimgħa ninvestigaw ix-xjenza, l-istorja u l-valur nutrittiv ta’ ikel differenti flimkien mal-mod kif isir jew jitkabbar. L-ikel huwa eċċitanti, jagħtina gost, iżommna f’saħħitna, jista’ jfejjaqna imma jista’ wkoll jagħmel il-ħsara. Ninvestigaw X’Qed Nieklu għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Jackie Mercieca.

Mill-Palazz

19:45 - 20:00

Din is-sensiela kulturali hija maħsuba biex, tqarreb lil-udjenza lejn l-istorja ta' pajjiżna, tiċċelebra l-identità Maltija, u tixpruna apprezzament dwar din il-binjiet storiċi.

L-aħbarijiet tat-8pm

20:00 - 20:50

X Factor

21:00 - 22:30

X Factor Malta jirritorna għat-tielet staġun tiegħu minn Ottubru fuq Television Malta. Segwi l-kontestanti waqt li jieħdu l-esperjenza kollha tal-industrija tal-entertainment, mill-iva tal-ġurija għat-taħriġ ma’ għalliema speċjalizzati u koreografi waqt il-fażijiet tant mistennija tal-iżjed programm segwit fuq it-televiżjoni Maltija. X Factor Malta għandu ħames fażijiet: il-parteċipanti jimxu mill-Auditions, għall-Bootcamp, għaċ-Chair Challenge, għall-Judges Houses u għal-Live Shows. L-għan ewlieni tagħhom hu li jirbħu €50,000 kontanti. X Factor Malta jagħti lil dawn in-nies iċ-ċans li jsarrfu l-ħolm tagħhom f’realtà. Il-parteċipanti se jkunu mħarrġa mill-aqwa nies fl-industrija - Howard Keith, Ira Losco, Ivan Grech u Philippa Naudi filwaqt li l-programm se jiġi ppreżentat minn Ben Camille. X Factor hu format ta’ Syco Entertainment, koprodott u lliċenzjat minn FremantleMedia u prodott lokalment minn Great Company Limited.

Tertuqa 35

22:30 - 23:00

Tertuqa 35 ikompli jżomm lit-telespettaturi aġġornati bl-aħħar tagħrif u kummenti kritiċi dwar films ġodda.  It-tagħrif hu megħjun b’xeni, intervisti mal-protagonisti u features minn fuq is-sett meta kien qed jinħadem il-film.  Il-programm joffri wkoll mumenti ta’ nostalġija dwar films tal-passat magħżula mit-telespettaturi.  Jippreżentaw Mario Azzopardi u Dr Myrna Azzopardi.

Fil-Ġnien ta’ Melo

23:00 - 23:30

Fil-Ġnien ma’ Melo huwa programm iddedikat għal dawk kollha diġà midħla tal-ġonna, qed isiru midħla u dawk li jixtiequ jsiru hekk. Matul il-programm se jintwerew ġardinaġġ u varjetà wiesgħa ta’ pjanti ffilmjati f’ġonna msaħħra fil-gżira ta’ Sqallija; sbuħija liema bħala ġewwa l-ġonna botaniċi u ġonna oħra madwar Sqallija; apparti xeni mill-isbaħ li toffri din il-gżira. Se tingħata informazzjoni dwar diversi siġar, arbuxelli, pjanti u fjuri li jikbru f’paesaġġi enormi b’xenarju affaxxinanti tal-Muntanja Etna. Dan kollu jġib lit-telespettaturi tagħna ispirazzjoni u kreattività għal proġetti ta’ ġonna tal-ħolm u rakkomandazzjonijiet dwar il-kura tal-pjanti, l-arbuxelli u s-siġar u wkoll informazzjoni ġenerali dwar il-ġardinaġġ. Il-programm huwa miġjub minn Micabliss Group u ppreżentat minn Kevin Charles Micallef flimkien mal-espert tal-ġonna Melosoul Balzan

EuroNews

00:00 - 00:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

EuroNews

06:00 - 06:55

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

07:00 - 07:30

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Ħarifa Maltija

07:30 - 08:00

Il-Ħarifa Maltija huwa programm iddedikat għall-festivals organizzati fil-ħarifa mill-Kunsilli Lokali u gruppi oħra. Il-programm ilaqqagħna mal-organizzaturi u l-parteċipanti li joffru ħiliethom u t-talenti tagħhom matul dawn il-festivals. Fil-programm inżuru r-raħal fejn ikun se jsir il-festival u niddiskutu l-isfidi li ltaqgħu magħhom matul din is-sena minħabba l-imxija tal-Covid-19. It-tieni parti tas-sensiela se tkun iddedikata għall-attivitajiet marbuta mal-Milied. Nitkellmu wkoll ma’ dawk il-persuni li jiddedikaw il-parti l-kbira tal-ħin liberu tagħhom għall-bini tal-presepji u tiżjin ieħor tal-Milied. Il-Ħarifa Maltija għandu produzzjoni u direzzjoni ta’ Marjo Parascandalo u ppreżentat minn Pawlu Micallef.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

08:00 - 08:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Il-Bolla

08:15 - 08:20

Il-Bolla se jeħodna fuq vjaġġ ispirat mill-bolol li l-istorja tagħhom f’pajjiżna tmur lura għall-1860.  Dawn ir-riproduzzjonijiet ċkejkna ta’ xogħlijiet artistiċi huma magħrufa internazzjonalment għall-firxa vasta ta’ temi illi jesponu. Fit-tieni skeda tiegħu Il-Bolla se jiffoka fuq bolol b’rabta ma’ flora, fawna, reliġjon, personalitajiet, arkeoloġija, arkitettura u kostumi tradizzjonali fost l-oħrajn.

Mill-Palazz

08:15 - 08:30

Din is-sensiela kulturali hija maħsuba biex, tqarreb lil-udjenza lejn l-istorja ta' pajjiżna, tiċċelebra l-identità Maltija, u tixpruna apprezzament dwar din il-binjiet storiċi.

Ħadt l-aħbar

08:30 - 10:00

Ħadt l-Aħbar se jkun qed janalizza l-artikli tal-gazzetti tal-Ħadd. Żewġ opinjonisti residenti se jkunu qed jitrattaw l-istejjer fil-faċċati, l-editorjali u rapporti oħra ta' interess li jkunu fil-paġni ta’ ġewwa. Dan il-programm se jqanqal diskussjoni dwar l-istejjer tal-gazzetti mal-opinjonisti kull nhar ta' Ħadd fit-8.30am fuq TVMnews+.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

10:00 - 10:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Fun Run 2021

10:00 - 12:00

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

11:00 - 12:00

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Gadgets

12:00 - 12:45

Gadgets jiffoka fuq l-innovazzjoni u t-teknoloġija. Ippreżentat minn Martina Zammit, Rachel Cachia u Ian Busuttil Naudi, il-programm ifittex li jservi ta’ sors ta’ ispirazzjoni bit-tir li t-teknoloġija ssir xi ħaġa attraenti għal kulħadd u biex tikber il-kultura tal-innovazzjoni fost il-pubbliku Malti.

Etimoloġija

12:45 - 13:30

Etimoloġija huwa programm ġdid li se juri l-oriġini ta’ kelmiet Maltin. Jippreżenta Yendrick Cioffi.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

13:00 - 13:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

A Day in the life

13:15 - 13:30

Jien Wayne Camilleri. Flimkien mal-ħabib tiegħi, Peter Borg, kull ġimgha se niltaqgħu ma’ persuni li ġejjin mix-xeni tal-arti u l-entertainment f’Malta. Bħalna, huma għandhom passjoni kbira għax-xogħol tagħhom. Dawn il-persuni jistgħu jispiraw l-artisti t’għada u juruwhom li karriera f’ din l-industrija tista’ tkun possibbli.

SportLive+

13:30 - 20:00

Sportlive+ jintroduċi kunċett ġdid għat-televiżjoni lokali b’kollegamenti diretti ma’ avvenimenti sportivi madwar Malta u Għawdex. Il-programm maratona kull nhar ta’ Sibt u Ħadd wara nofsinhar u filgħaxija se jkun fih partita prinċipali mill-Kampjonat BOV Premier. Barraminnhekk, mill-kumdità tad-dar tagħhom, it-telespettaturi ta’ TVMNews+ se jibqgħu aġġornati wkoll b’riżultati u informazzjoni dwar sport ieħor lokali u internazzjonali. Sportlive+ se jippreżenta interventi diretti minn avvenimenti li jkunu għaddejin dak il-ħin bħall-partiti tal-futbol minn varjetà tà grawnds, tiġrijiet taż-żwiemel, basketball, motorsport u ħafna oħrajn. Se jkun fih ukoll siltiet iffilmjati u intervisti fl-istudio fuq suġġetti differenti: fosthom attivitajiet sportivi li jkunu ġraw aktar kmieni fi tmiem il-ġimgħa, kemm fil-Gżejjer Malin u kemm barra. Sportlive+ jibqa’għaddej mis-1:30 ta’ wara nofsinhar sa eżatt qabel l- Aħbarijiet tat-8 fuq TVMNews+.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

14:00 - 14:05

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

15:00 - 15:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

16:00 - 16:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

17:00 - 17:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

18:00 - 18:30

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Hibs vs Hamrun

18:00 - 20:00

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

19:00 - 19:05

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

20:00 - 20:45

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

90 Minuta

20:45 - 22:00

90 Minuta jiffoka fuq l-azzjoni fil-pitch tul id-90 minuta ta’ kull partita tal-Kampjonat BOV Premier, bi spazju wkoll għat-tim nazzjonali, l-FA Trophy, iċ-Challenge u l-Amateur Leagues u l-kategoriji tan-nisa u l-youths. 90 Minuta jippreżenta lid-dilettanti tal-futbol lokali b’dak kollu li jiġri fil-logħba: diskussjoni u analiżi teknika, s-slow-mos tal-mumenti kontroversjali u l-kummenti tal-protagonisti. 90 Minuta: inqas paroli, iktar gowls, iktar azzjoni!

News In English

22:00 - 22:05

Dot EU

22:05 - 22:20

DOT EU huwa l-uniku programm fix-xandir lokali li jiffoka fuq il-ġrajjiet kurrenti Ewropej u janalizza l-impatt tagħhom fuq iċ-ċittadini Maltin. Bl-involviment tas-sitt membri Maltin tal-Parlament Ewropew u kelliema oħra, Dot EU jistħarreġ il-liġijiet, l-iżviluppi u l-intriċċi fi Brussell u fl-Istrasburgu.

Għawdex Illum – Sottotitli

22:30 - 23:00

Għal 34 sena konsekuttiva Għawdex Illum jibqa’ l-vuċi ta’ Għawdex fuq ix-xandir nazzjonali. Programm ta’ kull ġimgħa li jwassal servizzi varji ta’ tagħrif u kultura dwar dak li jkun qiegħed iseħħ fil-ħajja ta’ kuljum. Bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Alvin Scicluna, Għawdex Illum jinforma dwar l-avvenimenti ewlenin fis-setturi differenti tal-ħajja Għawdxija filwaqt li jesponi l-bidliet sostanzjali li seħħew f’Għawdex sa minn meta beda jixxandar fl-1988.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

23:00 - 23:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

L-Aħbarijiet Sportivi

23:15 - 23:30

UEFA Champions League Magazine

23:15 - 23:45

UEFA Europa League Magazine

23:45 - 23:45

UEFA Europa League Magazine joffri iktar għarfien dwar l-istejjer tal-aħħar logħbiet li ntlagħbu u dawk li ħarġu matul il-ġimgħa, b’intervisti fil-fond ma’ plejers u kowċis kif ukoll filmati minn diversi logħbiet u kampijiet ta’ taħriġ.

Sbieħ il-Hadd

06:00 - 07:30

Ma' Theresa Gauci

Xi qrajt xi smajt

06:25 - 06:30

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Infittxu dak li jgħaqqadna

08:15 - 08:45

Ma' Marvic Cordina

Mill-gżira ta’ Calypso

09:00 - 09:30

Ma' CVC Media

Tifkiriet

09:30 - 10:00

Ma' Gordon Caruana

Marċifest

10:05 - 11:00

Ma' Daniel Vella

Kwadretti

11:05 - 11:53

Ma' Charles Coleiro

Xi qrajt xi smajt

11:53 - 11:58

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Maltin Biss

12:15 - 13:30

Ma' Chan Vella

Music Express and Live Sports Updates

13:30 - 16:00

Ma' Brian Micallef

JD Alex and Live Sports Updates

16:05 - 18:00

Ma' Alex Micallef

Lura d-Dar

18:20 - 20:00

Ma' Joseph Pace

Lino’s 90’s

20:15 - 21:15

Ma' DJ Lino

Aġenda Rock

21:15 - 22:15

Ma' Simon Pisani

Romantic Moods

22:15 - 23:45

Ma' Jean Pierre Mifsud

Xi qrajt xi smajt

23:45 - 23:50

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN