6:00
6:30
7:00
7:30
8:00
8:30
9:00
9:30
10:00
10:30
11:00
11:30
12:00
12:30
13:00
13:30
14:00
14:30
15:00
15:30
16:00
16:30
17:00
17:30
18:00
18:30
19:00
19:30
20:00
20:30
21:00
21:30
22:00
22:30
23:00
23:30

Noli

06:00 - 07:00

Noli hija storja mimlija emozzjonijiet ta’ tfajla li rat lil ħajjitha tinqaleb ta’ taħt fuq wara li missierha kien maqtul u ftit wara sparixxa t-tifel tagħha waqt logħba ta’ bejniethom. Georgia spiċċat waħidha imma l-uġigħ u l-frustrazzjoni biddlithom f’determinazzjoni biex issir investigatriċi ewlenija fi sforz biex hi wkoll jirnexxilha tasal għall-verità li tant kellha bżonn issir taf. Ma’ kull każ li bdiet issolvi mal-iskwadra tagħha aktar ma setgħetx tifhem x’kien qed iżommha milli ssolvi dak li tant kellha bżonn tasal għalih.

Gourmet Challenge

09:30 - 10:00

Philippa Zammit tippreżenta Gourmet Challenge bil-parteċipazzjoni tal-kokijiet Daniel Grech (Burger’s Ink / Wagyu) u Alain Grech (The Chef’s Table) bħala ġurija. Personalitajiet Maltin se jisfidaw lil xulxin f’serje ta’ avventuri kulinarji. Il-ġurija lesta tipprova kollox: mill-imħuħ tal-ħnieżer sa insalati kkuluriti.

Nota f’Nota

10:00 - 10:30

Nota f’Nota jitfa’ dawl fuq l-aspetti kollha mużikali f’Malta. Il-programm jiġbor fih tagħrif dwar mużiċisti, kompożituri, bands, musicals oriġinali, festivals u dak kollu li jikkontribwixxi fl-industrija tal-mużika lokali. Il-mużika tintgħoġob minn kulħadd, għaldaqstant dan id-dokumentarju jinżel tajjeb ma’ udjenza wiesgħa.

Ilsienna

10:30 - 11:00

X’inhi l-lingwa Maltija? Kif tnisslet? U kif qed titħaddem illum il-ġurnata? Xi rridu nfissru meta ngħidu li l-Malti huwa l-lingwa tagħnaIlsienna jistħarreġ dawn il-mistoqsijiet u aktar b’rokniet informattivi u b’intervisti ma’ esperti differenti mill-oqsma tal-istorja u l-lingwistika, il-folkor, l-edukazzjoni, il-letteratura, u l-industriji kreattivi.

Fil-Ġnien ta’ Melo

11:00 - 11:30

Fil-Ġnien ma’ Melo huwa programm iddedikat għal dawk kollha diġà midħla tal-ġonna, qed isiru midħla u dawk li jixtiequ jsiru hekk. Matul il-programm se jintwerew ġardinaġġ u varjetà wiesgħa ta’ pjanti ffilmjati f’ġonna msaħħra fil-gżira ta’ Sqallija; sbuħija liema bħala ġewwa l-ġonna botaniċi u ġonna oħra madwar Sqallija; apparti xeni mill-isbaħ li toffri din il-gżira. Se tingħata informazzjoni dwar diversi siġar, arbuxelli, pjanti u fjuri li jikbru f’paesaġġi enormi b’xenarju affaxxinanti tal-Muntanja Etna. Dan kollu jġib lit-telespettaturi tagħna ispirazzjoni u kreattività għal proġetti ta’ ġonna tal-ħolm u rakkomandazzjonijiet dwar il-kura tal-pjanti, l-arbuxelli u s-siġar u wkoll informazzjoni ġenerali dwar il-ġardinaġġ. Il-programm huwa miġjub minn Micabliss Group u ppreżentat minn Kevin Charles Micallef flimkien mal-espert tal-ġonna Melosoul Balzan

Hygieia

11:30 - 12:00

Hygieia, li bil-Grieg tfisser alla tas-saħħa, se jiffoka fuq l-istil ta’ ħajja li ngħixu u li nistgħu nirranġaw. F’dan il-programm ta’ nofs siegħa se naraw filmati qosra ta’ tipi ta’ meditazzjoni, yoga u pilates li huma tajbin għal kulħadd u li jistgħu jsiru mill-kumdità ta’ darna. Flimkien ma’ tim ta’ professjonisti se nitkellmu fuq l-ikel, ix-xorb, is-sustanzi u l-vitamini li nsibu u li għandna bżonn kif ukoll xi ideat u riċetti ħfief li jsiru fi ftit minuti, li jkunu tajbin għas-saħħa u bnini fl-istess ħin. Suġġetti oħra se jkunu fuq il-pożittività, is-serenità, il-mentalità u kif għandna nieħdu l-ħajja b’mod pożittiv u seren. Fit-tim ta’ Hygieia se jerġa’ jkollna wkoll professjonisti mill-qasam tal-aromaterapija, taż-żjut essenzjali u tas-sapun naturali biex magħhom nitkellmu dwar kif isiru, il-benefiċċji tagħhom u kif inkunu nafu x’inhu tajjeb għalina speċjalment fejn tidħol is-saħħa mentali. Hygieia jerġa’ jirritorna kull nhar ta’ Sibt fil-11:30 bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Marika Caruana Smith.

Aħbarijiet fil-qosor

12:00 - 12:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Sibtek

12:15 - 15:00

Minn din l-iskeda l-programm popolari tas-Sibt waranofsinhar Sibtek jissokta  b’elementi totalment differenti. Din l-edizzjoni ta’ Sibtek se tilqa’ s-segwaċi tagħha bi spettaklu dirett kull nhar ta’ Sibt. Se jkun hemm ukoll bosta nies għal qalbkom li se jgħaddu minn ħafna xenarji differenti fosthom il-VIP House, candid cameras u iktar ċajt, kurżitajiet u anke sorpriżi li żgur li mhumiex se jkunu qed jistennew, fosthom is-sezzjoni l-ġdida tal-blind date. Ryan, Josmar u diversi ċelebritajiet lokali se jżommukom okkupati kull nhar ta’ Sibt għal din l-edizzjoni kompletament ġdida u differenti ta’ Sibtek.

Ħarifa Maltija

15:00 - 15:30

Il-Ħarifa Maltija huwa programm iddedikat għall-festivals organizzati fil-ħarifa mill-Kunsilli Lokali u gruppi oħra. Il-programm ilaqqagħna mal-organizzaturi u l-parteċipanti li joffru ħiliethom u t-talenti tagħhom matul dawn il-festivals. Fil-programm inżuru r-raħal fejn ikun se jsir il-festival u niddiskutu l-isfidi li ltaqgħu magħhom matul din is-sena minħabba l-imxija tal-Covid-19. It-tieni parti tas-sensiela se tkun iddedikata għall-attivitajiet marbuta mal-Milied. Nitkellmu wkoll ma’ dawk il-persuni li jiddedikaw il-parti l-kbira tal-ħin liberu tagħhom għall-bini tal-presepji u tiżjin ieħor tal-Milied. Il-Ħarifa Maltija għandu produzzjoni u direzzjoni ta’ Marjo Parascandalo u ppreżentat minn Pawlu Micallef.

Mir-Renju tal-Annimali

15:30 - 16:00

L-annimali jagħmlu l-iktar affarijiet inkredibbli. Għandhom poteri straordinarji li l-bnedmin jistgħu biss joħolmu li jkollhom. Waqt il-programm Mir-Renju tal-Annimali se tiskopri x-xjenza ta’ wara dan kollu billi niżvelaw is-sigrieti tad-dinja tal-annimali. Din is-sensiela, miktuba minn Alexis Callus, hija moqrija minn Etienne Schembri u muntaġġ ta’ Jonathan Farrugia. Il-produzzjoni hija ta’ Flash Productions.

Luxdesign

16:00 - 16:45

Il-programm Luxdesign lura fuq it-televiżjoni biex ikompli jagħti lil dawk li jħobbu d-djar ideat kif jieħdu ħsiebhom jew jirranġawhom mill-ġdid. Il-preżentatur u l-produttur Noel Bartolo jlaqqa’ l-udjenza ma’ mistiedna li  jitkellmu dwar materjali u suġġetti differenti u, flimkien mad-direttur tal-programm Richard Cassar, jieħdu lill-udjenza tal-programm fid-dinja tar-rinnovazzjoni u d-djar.

Aroma Kitchen

16:45 - 18:00

Aroma Kitchen huwa programm sinonimu mal-ikel tajjeb u bnin imħawwar bl-umoriżmu. Ix-chefs Manuel Aquilina, Neil Darmanin u Aaron Degabriele dejjem itejbu, iżidu u jħawru din il-produzzjoni sabiex ikunu żguri li joffrulek l-aħjar prodott. Il-kunċett tal-programm huwa li jinħolqu l-aqwa ikliet b’mod innovattiv; riċetti faċli ta’ malajr iżda fuq kollox appetitużi u attraenti għal kulħadd. Aroma Kitchen huwa produzzjoni oħra ta’ aceline.media.

PaqPaq

18:00 - 18:30

L-iskeda l-ġdida tiċċelebra l-20 anniversarju tal-programm Paqpaq u se tiffoka fuq test drives tal-karozzi u l-muturi ġodda li jaslu fis-suq lokali kif ukoll tibqa’ ssegwi x-xena tal-vetturi klassiċi, il-motorsport, l-iżviluppi fid-dinja tal-vetturi elettriċi u s-sigurtà fit-toroq Maltin.

Gadgets

18:30 - 19:15

Gadgets jiffoka fuq l-innovazzjoni u t-teknoloġija. Ippreżentat minn Martina Zammit, Rachel Cachia u Ian Busuttil Naudi, il-programm ifittex li jservi ta’ sors ta’ ispirazzjoni bit-tir li t-teknoloġija ssir xi ħaġa attraenti għal kulħadd u biex tikber il-kultura tal-innovazzjoni fost il-pubbliku Malti.

Animal Diaries

19:15 - 19:45

Animal Diaries huwa l-programm edukattiv marbut man-natura u b’mod partikulari l-annimali u r-rispett li jistħoqqilhom f’dinja li qed tagħraf ir-relazzjoni li għandna lkoll flimkien. Animal Diaries iħaddan il-valur tal-ambjent naturali ta’ kull tip ta’ annimal, anke l-insetti. Il-programm jippromwovi l-addozzjoni tal-annimali flok il-kummerċ tagħhom u għaldaqstant ilaqqagħna ma’ esperti f’dan qasam. Il-programm żgur se joħloq interess u diskussjonijiet ta’ kuxjenza kull nhar ta’ Sibt.

Lotto

19:45 - 19:50

L-aħbarijiet tat-8pm

20:00 - 20:50

Beecham House

21:00 - 22:00

Malta U lil Hinn Minnha

22:00 - 23:30

Malta u lil Hinn Minnha hu ċelebrazzjoni ta’ dak li hu Malti f’oqsma differenti, ewlenin fosthom dak kulturali, storiku u ambjentali. Flimkien ma’ servizzi li jiffukaw fuq pubblikazzjonijiet u l-kċina lokali, il-programm iwassal tagħrif esklussiv dwar il-kultura u ċ-ċiviltà barranija; din is-sena jkompli jiskopri l-kultura ta’ Sqallija. Il-programm iwassal ukoll servizzi ma’ Maltin li ħallew lil art twelidhom sabiex isibu futur aħjar. Il-programm għandu produzzjoni ta’ Alvin u George Scicluna b’direzzjoni ta’ Alvin Scicluna.

EuroNews

00:00 - 00:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

EuroNews

06:00 - 06:55

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

07:00 - 07:30

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Tertuqa 35

07:30 - 08:00

Tertuqa 35 ikompli jżomm lit-telespettaturi aġġornati bl-aħħar tagħrif u kummenti kritiċi dwar films ġodda.  It-tagħrif hu megħjun b’xeni, intervisti mal-protagonisti u features minn fuq is-sett meta kien qed jinħadem il-film.  Il-programm joffri wkoll mumenti ta’ nostalġija dwar films tal-passat magħżula mit-telespettaturi.  Jippreżentaw Mario Azzopardi u Dr Myrna Azzopardi.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

08:00 - 08:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Skritt

08:15 - 08:20

Il-volumi li nsibu magħluqin bejn il-ħitan tal-Arkivji Notarili jgħidu stejjer impressjonanti ta’ nies li għexu Malta tul l-istorja tagħha. Skritt se jeħodna fil-kollezzjoni estensiva mħarsa fl-arkivji u jislet dettalji dwar ftehimiet fuq doti, ittri intimi u bejgħ ta’ oġġetti, kemm proprjetajiet kif ukoll skjavi.

Teżori mill-Belt Siekta

08:15 - 08:20

Is-swar imponenti tal-Imdina, il-belt medjevali u barokka hija mimlija stejjer li ftit huma magħrufa. Meta wieħed iserrep mat-toroq tagħha nkunu qed ngħaddu minn fuq l-istess post fejn għaddew eluf kbar ta’ nies – ħaddiema, bennejja, qassisin, artisti, raħhala, kif ukoll nobbli u anke rejiet. Toroq li raw demm jiġri fuqhom, tbatijiet li għaddew minnhom missirijietna, kif ukoll avvenimenti ta’ ferħ. X’hemm wara dawn il-ħitan? Xi stejjer hemm li jistgħu jagħtuna ħjiel dwar dak li illum huwa minsi? X’jgħidulna dawn is-swar antiki iżda imponenti. Teżori mill-Belt Siekta huwa programm fejn sejrin niskopru ftit minn dawn il-misteri, stejjer, avvenimenti kif ukoll persunaġġi li rabtu isimhom mal-belt nobbli, medjevali u siekta tal-Imdina.  Il-programm huwa produzzjoni ta’ DeeMedia.tv.

Malta U lil Hinn Minnha

08:30 - 10:00

Malta u lil Hinn Minnha hu ċelebrazzjoni ta’ dak li hu Malti f’oqsma differenti, ewlenin fosthom dak kulturali, storiku u ambjentali. Flimkien ma’ servizzi li jiffukaw fuq pubblikazzjonijiet u l-kċina lokali, il-programm iwassal tagħrif esklussiv dwar il-kultura u ċ-ċiviltà barranija; din is-sena jkompli jiskopri l-kultura ta’ Sqallija. Il-programm iwassal ukoll servizzi ma’ Maltin li ħallew lil art twelidhom sabiex isibu futur aħjar. Il-programm għandu produzzjoni ta’ Alvin u George Scicluna b’direzzjoni ta’ Alvin Scicluna.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

10:00 - 10:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Il-Bolla

10:15 - 10:20

Il-Bolla se jeħodna fuq vjaġġ ispirat mill-bolol li l-istorja tagħhom f’pajjiżna tmur lura għall-1860.  Dawn ir-riproduzzjonijiet ċkejkna ta’ xogħlijiet artistiċi huma magħrufa internazzjonalment għall-firxa vasta ta’ temi illi jesponu. Fit-tieni skeda tiegħu Il-Bolla se jiffoka fuq bolol b’rabta ma’ flora, fawna, reliġjon, personalitajiet, arkeoloġija, arkitettura u kostumi tradizzjonali fost l-oħrajn.

Mill-Palazz

10:15 - 10:30

Din is-sensiela kulturali hija maħsuba biex, tqarreb lil-udjenza lejn l-istorja ta' pajjiżna, tiċċelebra l-identità Maltija, u tixpruna apprezzament dwar din il-binjiet storiċi.

L-intrapriza

10:30 - 10:45

L-Intrapriża se jinkludi negozji li għadhom jibdew u oħrajn stabbiliti li jaħdmu fl-industriji produttivi. Se juri r-realtajiet li l-operaturi fin-negozju jaffaċċjaw u l-għajnuna li l-Kamra tal-Kummerċ u l-Malta Enterprise qed jagħtu lill-industriji u l-intrapriżi. Kull episodju se jinkludi l-aħħar aħbarijiet lokali dwar il-kummerċ u tagħrif dwar skemi għan-negozji.

Skritt

10:45 - 10:50

Il-volumi li nsibu magħluqin bejn il-ħitan tal-Arkivji Notarili jgħidu stejjer impressjonanti ta’ nies li għexu Malta tul l-istorja tagħha. Skritt se jeħodna fil-kollezzjoni estensiva mħarsa fl-arkivji u jislet dettalji dwar ftehimiet fuq doti, ittri intimi u bejgħ ta’ oġġetti, kemm proprjetajiet kif ukoll skjavi.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

11:00 - 12:00

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Resume’

11:30 - 12:00

Resumè is a foreign news round-up. It will be featuring the main foreign news of the week.  PBS Newsroom journalists will be analysing the global impact of international news, as well as any relevance with Malta. Resume' will be transmitted on Saturday at 11.30 a.m. on TVMnews+.

Il-Kollezzjonist

12:00 - 12:30

Il-Kollezzjonist huwa programm investigattiv immirat biex jissodisfa l-kurżità tan-nies dwar it-teżori moħbija ta’ Malta. Se jagħmel dan billi jipprova joħloq profil psikoloġiku tal-kollettur innifsu. Kollezzjonijiet bħal dawn jinkludu oġġetti storiċi oriġinali u artefatti rari fosthom Van Gogh u Modigliani.

EuroNews

12:30 - 13:00

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Il-Bolla

12:45 - 12:50

Il-Bolla se jeħodna fuq vjaġġ ispirat mill-bolol li l-istorja tagħhom f’pajjiżna tmur lura għall-1860.  Dawn ir-riproduzzjonijiet ċkejkna ta’ xogħlijiet artistiċi huma magħrufa internazzjonalment għall-firxa vasta ta’ temi illi jesponu. Fit-tieni skeda tiegħu Il-Bolla se jiffoka fuq bolol b’rabta ma’ flora, fawna, reliġjon, personalitajiet, arkeoloġija, arkitettura u kostumi tradizzjonali fost l-oħrajn.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

13:00 - 13:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

SportLive+

13:30 - 20:00

Sportlive+ jintroduċi kunċett ġdid għat-televiżjoni lokali b’kollegamenti diretti ma’ avvenimenti sportivi madwar Malta u Għawdex. Il-programm maratona kull nhar ta’ Sibt u Ħadd wara nofsinhar u filgħaxija se jkun fih partita prinċipali mill-Kampjonat BOV Premier. Barraminnhekk, mill-kumdità tad-dar tagħhom, it-telespettaturi ta’ TVMNews+ se jibqgħu aġġornati wkoll b’riżultati u informazzjoni dwar sport ieħor lokali u internazzjonali. Sportlive+ se jippreżenta interventi diretti minn avvenimenti li jkunu għaddejin dak il-ħin bħall-partiti tal-futbol minn varjetà tà grawnds, tiġrijiet taż-żwiemel, basketball, motorsport u ħafna oħrajn. Se jkun fih ukoll siltiet iffilmjati u intervisti fl-istudio fuq suġġetti differenti: fosthom attivitajiet sportivi li jkunu ġraw aktar kmieni fi tmiem il-ġimgħa, kemm fil-Gżejjer Malin u kemm barra. Sportlive+ jibqa’għaddej mis-1:30 ta’ wara nofsinhar sa eżatt qabel l- Aħbarijiet tat-8 fuq TVMNews+.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

14:00 - 14:05

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

15:00 - 15:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

16:00 - 16:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

17:00 - 17:15

19:00 - 19:05

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Resume’

19:30 - 20:00

Resumè is a foreign news round-up. It will be featuring the main foreign news of the week.  PBS Newsroom journalists will be analysing the global impact of international news, as well as any relevance with Malta. Resume' will be transmitted on Saturday at 11.30 a.m. on TVMnews+.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

20:00 - 20:45

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Għad-Dell ta’ San Pietru

20:45 - 21:45

Għad-Dell ta’ San Pietru hija enċiklopedija televiżiva li se turi kif taħdem il-Kurja tal-Papiet. Kollox iseħħ ghad-dell tal-koppla ta’ San Pietru fejn wieħed isib l-uffiċċji kollha tal-gvern tal-Papa. Dan il-programm huwa minjiera ta’ informazzjoni fuq il-ħajja u l-istorja tal-Vatikan. Dan il-programm huwa produzzjoni eżekuttiva ta’ DeeMedia.tv flimkien mal-Vatikanologista Frank Zammit.

News In English

22:00 - 22:05

A Day in the life

22:05 - 22:30

Jien Wayne Camilleri. Flimkien mal-ħabib tiegħi, Peter Borg, kull ġimgha se niltaqgħu ma’ persuni li ġejjin mix-xeni tal-arti u l-entertainment f’Malta. Bħalna, huma għandhom passjoni kbira għax-xogħol tagħhom. Dawn il-persuni jistgħu jispiraw l-artisti t’għada u juruwhom li karriera f’ din l-industrija tista’ tkun possibbli.

Carter Jirraporta

22:30 - 23:00

Carter Jirrapporta hija sensiela ta’ dokumentarji televiżivi dwar suġġetti varji lokali u internazzjonali. Is-sensiela hija ppreżentata mill-ġurnalista ta' Television Malta Liam Carter.

Aġġornamenti tal-aħbarijiet

23:00 - 23:15

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

L-Aħbarijiet Sportivi

23:15 - 23:30

Motorsmt

23:15 - 23:45

Wara waqfa, Motorsmt jerġa’ lura fuq it-televiżjoni. Bħal qabel, se nkunu qed nieħdu l-azzjoni kollha mid-dixxiplini varji tal-motorsport. Se nkunu qed nipprovdu informazzjoni dwar il-kostruzzjoni ta’ karozzi tat-tlielaq, azzjonijiet tat-tlielaq, kompetizzjoni intensa, diżappunti iżda ħafna aktar suċċessi u rebħiet drammatiċi tas-sewwieqa Maltin, kemm f’Malta u wkoll barra. Dan il-programm għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Oliver Attard.

Ruggers

23:45 - 23:45

Ruggers iżommok aġġornat ma’ dak kollu li qed jiġri fix-xena lokali tar-rugby. Segwi l-aqwa azzjonijiet tal-kompetizzjonijiet maskili u femminili, intervisti mal-protagonisti kif ukoll avvenimenti kurrenti.  Ruggers - ir-rugby lokali fuq TVM2.

Żveljarin

06:00 - 08:45

Ma' Roderick Azzopardi Custo'

Xi qrajt xi smajt

06:25 - 06:30

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Il-Folklor Malti

09:00 - 09:30

Ma' Għaqda Maltija tal-Folklor

Skejtboard

09:30 - 10:00

Ma' Manwel Cassar

Hekk Naħsiba Jien

10:05 - 11:50

Ma' Tano Vella

Xi qrajt xi smajt

11:53 - 11:58

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

Seħer il-Malti

12:15 - 13:30

Ma' Prof Manwel Mifsud

Music Express and Live Sports Updates

13:30 - 16:00

Ma' Brian Micallef

JD Alex and Live Sports Updates

16:05 - 18:00

Ma' Alex Micallef

Italobello

18:20 - 20:00

Ma' Mario Sammut

80’s Border Line

20:15 - 21:15

Ma' DJ Lino

Rhythm and Soul

21:15 - 22:15

Ma' Joseph Pace

Akustika

22:15 - 23:45

Ma' Tony Pace

Xi qrajt xi smajt

23:45 - 23:50

Xi programmi tista' tara fuq TVM mit-30 ta' Settembru 2019, sa 30 ta' Ġunju 2020.

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN