+
IRREĠISTRA HAWN biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM
Filgħodu
06:30
60min
EuroNews
07:30
45min
TVAM News – SkedaSajf
08:15
15min
Wara nofsinhar
16:00
5min
Aħbarijiet fil-qosor
Filgħaxija
18:15
30min
Fl-edizzjoni li jmiss tal-programm Għawdex Illum. Nieħdu tagħrif dwar il-ħtieġa li anke fis-sajf, id-donaturi tad-demm jibqgħu juru l-altruiżmu tagħhom minkejja l-isfidi li joffri s-sajf lil dawn l-individwi b’qalb tad-deheb. Mill-bażilika ta` San Gorg Martri fil-belt Victoria, naraw f’hiex kien jikkonsisti l-proġett ta` restawr u preservazzjoni ta` żewġ pitturi kbar tal-artist Malti tas-seklu tmintax Francesco Zahra, li jsebbħu l-kor tal-istess maqdes. Il-programm iwassal ukoll tagħrif dwar żewġ kunċerti li ser jittellgħu fl-aħħar sibt ta` Lulju fi pjazez differenti tal-belt Victoria. Għawdex Illum, tagħrif u kultura minn Għawdex.
20:50
40min
Il-prova tas-Sette Giugno seħħet fil-25 ta’ Frar tal-1919 – tliet xhur u nofs qabel. Dakinhar folol ta’ Maltin daħlu bil-gzuz fil-Belt Valletta b’turija ta’ appoġġ għar-rappreżentanti tagħhom li kienu se jiltaqgħu għall-ewwel darba fl-Assemblea Nazzjonali biex jiddiskutu t-talba li riedu jagħmlu lill-Ingliżi għal kostituzzjoni rappreżentattiva u responsabbli. Dakinhar il-Maltin kissru vetrini ta’ ħwienet, ġiegħlu oħrajn jagħlqu u qalgħu l-inkwiet. Ftit ġew arrestati iżda ntelqu f’kemm ilni ngħidlek. F’dan it-tieni episodju il-ġurnalist Mario Xuereb juri kif fi tmiem l-ewwel gwerra il-Maltin iddakkru mill-għajta ta’ rikonoxximent politiku u soċjali li kienet bdiet tidwi f’diversi partijiet tal-Ewropa u tal-Imperu Ingliż. Id-dokumentarju juri kif b’mod regolari l-Belt kien ikun hemm ġgajta nies tipprotesta dwar xi għelt jew ieħor u jiffoka b’mod partikolari dwar il-protesti tat-tarznara f’Marzu, u tal-istudenti tal-Università f’Mejju li spiċċaw b’erba’ minnhom jitressqu l-qorti iżda jiġu lliberati minħabba nuqqas ta’ provi. Id-dokumentarju huwa produzzjoni tal-Public Broadcasting Services b’kollaborazzjoni mal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta, Heritage Malta u l-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali.
22:00
5min
tvm.com.mt News headlines
23:15
10min
Aħbarijiet fil-qosor