+
IRREĠISTRA HAWN biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM
Filgħodu
06:30
60min
EuroNews
07:30
45min
TVAM News – SkedaSajf
08:15
15min
Wara nofsinhar
14:00
15min
DOC – SkedaSajf
16:00
5min
Aħbarijiet fil-qosor
Filgħaxija
18:15
30min
Fl-edizzjoni li jmiss tal-programm reġjonali minn Għawdex, Għawdex Illum. Is-servizz ewlieni jiffoka fuq il-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu, għaqda volontarja mwaqqfa mill-missjunarju Mons Gorg Grima fl-1987 sabiex tipprovdi ikel, mediċina, edukazzjoni u xelter lil eluf ta` individwi fil-bżonn fl-artijiet tal-missjoni. Illum, dan il-moviment hu mmexxi minn Fr Alex Cauchi, saċerdot missjunarju ieħor li għal diversi snin wettaq ħidma missjunarja f’inħawi remoti tal-Brażil. Niehdu tagħrif dwar il-ħidma, l-isfidi u s-sodisfazzjon li joffri dan il-moviment. F’servizz ieħor, nżuru l-wirja ta` arti viżiva Gozo in Colours tal-artist Malti Joe Farrugia li tinsab fil-Banka tal-Ġurati fil-belt Victoria, wirja li qed tgħin lill-istess Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu. Għawdex Illum, tagħrif u kultura minn Għawdex.
20:50
40min
L-istudent tal-Università Joseph Anthony Manche qed jirrakkonta quddiem il-Kummissjoni ta’ Inkjesta dak li ra jseħħ quddiemu fi Triq l-Ifran nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju 1919. Jgħid fost l-oħrajn kif il-Maltin taw is-salt għad-dar tan-negozjant Antonio Cassar Torreggiani u kif bdew ikissru kull ma ġie għal idejhom. Imbagħad f’daqqa waħda waslu s-suldati u fetħu n-nar. Ra żewġ Maltin jaqgħu għal mejta... u l-folla tferrxet. F’dan it-tielet episodju d-dokumentarju jirrakkonta kif seħħet il-mewt ta’ Lorenzo Dyer bejn Triq it-Teatru u Pjazza San Ġorġ u għall-ewwel darba jagħmel referenza għall-qtil ta’ suldat Skoċċiż li qala’ xebgħa bil-ponn u bis-sieq mingħand grupp ta’ Maltin fi Triq it-Teatru. Il-mewt ta’ Private McDougall hija kkonfermata minn djarju ta’ qassis Malti li kien preżenti u li ġie kkonsultat għall-ewwel darba grazzi għall-Arkivji Nazzjonali u għall-qraba tal-istess qassis. F’dan l-episodju il-ġurnalist Mario Xuereb jintervista wkoll lill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello dwar l-uniċi żewġ ritratti tal-vjolenza tas-Sette Giugno li għadhom jeżistu, u lill-artist Paul Vella Critien dwar kif nannuh irnexxielu jagħmel skizz tal-laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali fil-mument li din tħarbtet hekk kif wieħed mill-feruti iddaħħal u tpoġġa fuq il-mejda tal-President. Id-dokumentarju huwa produzzjoni tal-Public Broadcasting Services b’kollaborazzjoni mal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta, Heritage Malta u l-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali.
22:00
5min
tvm.com.mt News headlines
23:15
10min
Aħbarijiet fil-qosor