Rugby
100 ġurnata ‘l bogħod mit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby 2019

Rugby: Fil-Ġappun illum ġie ċċelebrat il-count down uffiċjali ta’ mitt ġurnata mill-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby ta’ din is-sena.
Il-Ġappun se jkun qed jorganizza din l-edizzjoni b’logħbiet fi 12 -il belt minn Hokkaido sa Fukuoka. It-Tazza tad-Dinja tar-Rugby 2019 tibda fl-20 ta’ Settembru bl-ewwel logħba ssir f’Tokjo bejn il-pajjiż ospitu u r-Russja. L-ewwel logħba se tkun qed tintlgħab fl-iStadium Yokohama li jesa’ 72,000 spettatur u li fl-2002 kien ospita l-finali tat-tazza tad-Dinja tal-Football tal-FIFA. New Zealand magħrufa bħala All Blacks jibdew bħala favoriti li jsiru l-ewwel pajjiż li jkun rebaħ erba’ darbiet it-Tazza tad-Dinja tar-Rugby.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Rugby

Mir-Rugby Europe Conference South 1, Malta ħadet l-ewwel rebħa tal-istaġun 2019/20 meta għelbet lill-Islovenja bil-punteġġ 42 għal 14. Din kienet l-ewwel logħba għal dan l-istaġun, bit-tim Malti kien qiegħed jilgħab…

Rugby

Rugby: L-Afrika t’Isfel jagħmluha għat-tielet finali fl-Istorja tagħhom meta llum fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja għelbu lil Wales b’punteġġ ta’ 19 għal 16. Il-partita kienet waħda bilanċjata ħafna iżda l-Isprinboks dehru aktar…

Aktar