Ibburdjar
Ibburdjar: 100 Jum għar-Rolex Middle Sea Race

Ir-Rolex Middle Sea Race kompliet turi il-popolarita tagħha meta 58 jott minn 17-il pajjiż s’issa rreġistraw għall-edizzjoni tal-2019. Huwa mifhum ukoll, li għalkemm għadhom ma rreġistrawx, numru ta’ jottijiet ser jingħaqdu mal-flotta f’Ottubru. B’data ta’ skadenza fis-27 ta’ Settembru 2019, dawn il-kompetituri prospettivi għandhom biżżejjed ħin biex itemmu l-formalitajiet. L-40 ħruġ ta’ din it-tellieqa klassika ta’ 606 mil nawtiku offshore, tibda nhar is-Sibt, id-19 ta ’Ottubru, u mistennija  tkun magħmula minn flotta tradizzjonali, diversa u internazzjonali.

It-tellieqa ta’ din is-sena tidher li tista’ tkun immarkata b’numru ta’ tnedijiet ġodda li ser jkunu qegħdin jagħmlu d-debutt tagħhom fit-tellieqa. Erba’ jottijiet sal-lum se jitniedu fl-2019, qabel ir-Rolex Middle Sea Race.

Filwaqt li dejjem jkun hemm jottijiet li jagħmlu d-debutt tagħhom, hemm ħafna iktar li jkomplu jirritornaw. B’aktar minn għaxar snin ta’ esperjenza f’din il-korsa, hemm Seawolf of Southampton ta’ David Latham (GBR), il-jott ta’ 11.55m (38 pied) Pronavia 38.

Matul il-11-il tellieqa, Seawolf kiseb riżultati tajbin, f’postijiet varji fuq il-podju fil-klassi IRC u ORC.

B’esperjenza kemmxejn inqas minn Seawolf, fir-Rolex Middle Sea Race, il-jott Awstraljan Tilting at Windmills se tkun qed jipparteċipa għat-tieni darba, taħt it-tmexxija tal-kaptan John Alexander.

Il-pajjiżi rrappreżentati fir-Rolex Middle Sea Race tal-2019 s’issa jinkludu: l-Awstralja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

Segwi l-aħħar aħbarijiet, aġġornamenti u stejjer fuq il-midja soċjali tar-Rolex Middle Sea Race – Facebook, Instagram, Twitter u YouTube

– Facebook.com/rolexmiddlesearace – Twitter.com/rolexmiddlesea – Instagram.com/rolexmiddlesearace – Youtube.com/royalmaltayachtclub

Il-hashtags tat-tellieqa uffiċjali huma #rolexmiddlesearace & # rmsr2019

Ir-Rolex Middle Sea Race tibda nhar is-Sibt, id-19 ta’ Ottubru 2019 u ċ-ċerimonja finali tal-Għoti tal-Premjijiet se ssir nhar is-Sibt, 26 ta’ Ottubru 2019.

Ir-Reġistrazzjoni tagħlaq nhar il-Ġimgħa, is-27 ta’Settembru u l-ekwipaġġi huma mħeġġa jissottomettu l-formoli tad-dħul tagħhom mill-aktar fis. Għal aktar informazzjoni, inkluż in-Notice of Race, żuru is-sit elettroniku www.rolexmiddlesearace.com jew għamlu kuntatt mar-Royal Malta Yacht Club fuq [email protected]

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Yachting Malta reċentement ospitat Riceviment ta’merbħa tas-sitt ediżżjoni tal-Beneteau Yacht Rendezvous. Dan l-avveniment annwali, kien fil-passat jiġi miżmum f’Mallora, iżda din is-sena Beneteau Yachts (Franza) ġabu dan l-avveniment f’Malta. Is-sitt…

Ibburdjar

L-Assoċjazzjoni tal-ibburdjar Maltija tal-klassi SB20 organizzat l-ewwel avveniment tagħhom, għall-2020, matul it-tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta l-flotta SB20 ħadet sehem f’total ta ‘sitt tlielaq mifruxa fuq jumejn. It-temp kien konsistenti…

Ibburdjar

Ibburdjar. Is-Super Maxi Jott Comanche rebaħ il-Line Honours tal-edizzjoni 75 edizzjoni tat-tellieqa prestiġjuża Sydney – Hobart. Din kienet it-tielet sena konsekittiva li dan il-Jott rebaħ il-Line Honours ta’ din it-tellieqa….

Ibburdjar

Fir-Rolex Sydney Hobart il-jott Comanche reġa’ mar fuq quddiem wara li fl-aħħar sigħat kien inqabeż minn Info Track. Kif kien mistenni r-riħ naqqas ħafna u l-jottijiet qegħdin isibuha diffiċli biex…

Aktar