100 jum ‘il bogħod mil-bidu tat-Tazza tad-Dinja

Mitt jum ‘il bogħod mil-ftuh uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil.

Arloġġ li hemm f’Copacabana qed jimmarka ukoll is-siegħat u l-minuti li fadal għal bidu tal-partita inawgurali li nhar it-tnax ta’ Gunju li ġej tara lill-organizzaturi Brażil jiltaqgħu kontra l-Kroazja.

Intant mitt jum il-bogħod mil-ftuh uffiċjali, il-Brażil għaddejja ġirja kontra l-ħin biex tkun lesta fejn tidħol infrastruttura fl-istadiums li ser jospitaw dawn il-logħob, ajruporti, trasport u ambjent mill-aqwa għall-mijiet ta’ ġurnalisti li se jkunu qed jirraportaw din il-manifestazzjoni.

Filwaqt li l-istennija għal dawn il-logħob madwar id-dinja bdiet tirranka, stħarrig fil-Brażil wera li dawk li huma kontra li pajjiżhom jospita dawn il-logħob komplew jiżdiedu.

Teżisti biża li iktar ma toqrob id-data tal-bidu tat-Tazza tad-Dinja, jerġgħu jintensifikaw id-dimostrazzjonijiet fit-toroq bi protesti simili għal dawk li kien hemm is-sena li għaddiet.

Minkejja ċerta xettiċiżmu dwar kemm il-pajjiż se jkun lest sa mitt ġurnata oħra għal bidu ta’ dawn il-logħob, il-FIFA min-naħa tagħha tinsab kunfidenti.

Madwar il-pajjiż illum saru numru ta’ ċerimonji biex jikkomemoraw din il-ġurnata li tfakkar il-mitt jum mill-bidu tat-Tazza tad-Dinja.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar