Futbol lokali
11 -il Club tal-Premier jitolbu li deċiżjoni finali dwar dan l-istaġun tittieħed il-ġimgħa d-dieħla

Il-Maġġoranza assoluta tal-Clubs tal-Premier (ħdax minn erbatax) illum kitbu lis-Segretrju Ġenerali tal-Malta Football Association sabiex jerġa’ jitlaqqa’ l-kumitat Eżekuttiv tal-MFA il-ġimgħa d-dieħla sabiex tittieħed deċiżjoni finali fuq il-futur tal-kampjonat Premier ta’ dan l-istaġun 2019-20.

Il-Malta Football Association il-bieraħ ħarġet żewġ stqarrijiet separati waħda dwar it-terminazzjoni tal-kampjonati mill-ewwel diviżjoni ‘l isfel u l-oħra dwar id-data tal-25 ta’ Mejju, data li fiha mistennija tittieħed deċiżjoni finali jekk il-Kampjonat Premier hux se jitkompla jew le.

TVM Sport jinsab infurmat li l-ittra tal-lum mill-Clubs lill-MFA tirrigwardja l-fatt li d-data tal-25 ta’ Mejju hija wisq tard meta l-Gvern estenda l-iskema għall-aħħar ċans ta’ ripatrijazzjoni ta’ barranin li jinsabu f’pajjiżna sal-10 ta’ Mejju.

Għaldaqstant dawn il-Clubs qed jitolbu lill-MFA sabiex b’mod urġenti terġa’ tlaqqa’ l-Kumitat Eżekuttiv il-ġimgħa d-dieħla għal deċiżjoni finali dwar jekk il-kampjonat Premier hux se jiġi terminat jew le ħalli huma jkollhom ċans biżejjed sabiex jagħmlu l-arranġamenti neċċessarji biex il-players barranin ikunu jistgħu jirritornaw lejn pajjiżhom bit-titjiriet li qed jipprovdi l-Gvern.

Il-Clubs li ma kienux fost il-firmatarji ta’ din l-ittra huma Valletta, Birkirkara u Gżira Utd.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar