11-il plejer sospiżi logħba kull wieħed

Kampjonat BOV Premier: Ħdax-il player ġew sospiżi logħba kull wieħed mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa.

B’hekk se jitilfu l-aħħar logħba tal-ewwel fazi tal-kampjonat f’din tmiem il-ġimgħa.

Il-plejers huma: Andrew Scicluna u Steve Bezzina ta’ Balzan, Zoran Levniac ta’ Hibernians, Manolito Micallef ta’ Mosta, Gilmar da Silva Ribeiro u Andrew Decesare ta’ Naxxar Lions, Paltemio Barbetti, Mark Scerri, u John Mintoff ta’ Sliema Wanderers, Carlos Hevia Menendez ta’ Tarxien Rainbows, u Gilbert Martin  ta’ Vittoriosa Stars.

Sliema Wanderers b’hekk bi tliet plejers nieqsa kontra Rabat Ajax nhar is-Sibt, waqt li kemm Naxxar Lions u Balzan se jkunu mingħajr plejers regolari għall-konfronti rispettivi kruċjali kontra Hibernians u Valletta li se jiddeterminaw min minnhom jilgħab fic-Championship Pool fit-tieni fazi.

Miktub minn...
Rodney Vassallo