Olimpijadi TOKYO 2020
16-il każ ieħor ta’ Covid-19 fil-Villaġġ Olimpiku – it-total issa huwa ta’ 148

Sittax-il każ ġdid ta’ Covid-19 fil-Villaġġ Olimpiku f’Tokjo, il-Ġappun. Dan tħabbar mill-organizzaturi tal-Olimpjadi biex issa n-numru totali ta’ persuni infettati li għandhom x’jaqsmu mal-Logħob Olimpiku tela’ għal 148.

Il-Logħob qiegħed isir mingħajr spettaturi, għalkemm f’dixxiplini li qed isiru fit-toroq ta’ Tokjo qed tkun diffiċli milli jinżammu l-folol. Fl-aħħar ġimgħat Tokjo reġgħet bdiet tesperjenza numri kbar ta’ każijiet ġodda, u lbieraħ ġew irrappurtati 1,763 każ ġdid f’ġurnata waħda.

Jidher li t-tim tal-qdif Olandiż iddeċieda li jinqasam minn mal-bqija tal-grupp wara li atleta, kowċ u membru tal-istaff instabu pożittivi għall-Covid-19 fil-Villaġġ Olimpiku.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA