Olimpijadi TOKYO 2020
24 każ ġdid ta’ Covid-19 fil-Villaġġ Olimpiku … 3 minnhom huma atleti

L-organizzaturi tal-Olimpjadi ta’ Tokjo ħabbru li nstabu 24 każ ġdid ta’ Covid-19 fil-Villaġġ Olimpiku u b’hekk in-numru ta’ persuni li nfettati tela’ għal 193.

Mill-aħħar aġġornament kien hemm tliet persuni li huma atleti, u li allura ma jistgħux ikomplu jikkompetu fl-Olimpjadi.

Minn aħbarijiet diversi li ħerġin minn Tokjo jidher li n-nuqqas tal-familjari u l-ħbieb fil-Ġappun qed ikollu effett ħażin fuq is-saħħa mentali tal-atleti. Hemm numru t’atleti li qed jikkummentaw kemm qed tkun diffiċli għalihom li jirrappreżentaw lil pajjiżhom bit-tama li jirbħu l-midalji, u fl-istess ħin jinsabu ‘l bogħod mill-familja u l-ħbieb. Agħar minn hekk huma l-atleti li qed jirriżultaw pożittivi għat-testijiet tal-Covid-19, għax dawn qed jispiċċaw iżolati waħedhom.

Jumejn ilu, il-ġinnasta Amerikana Simone Biles iddeċidiet li tirtira mill-Olimpjadi ta’ Tokjo għax qalet li s-saħħa mentali tiġi qabel l-isport.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA