Ibburdjar MiddleSea
50 jum ‘il bogħod mir-Rolex Middle Sea Race

B’50 jum ‘il bogħod mir-Rolex Middle Sea Race ta’ din is-sena, ‘il fuq minn 100 jott irreġistraw biex jipparteċipaw.

Din se tkun it-42 edizzjoni.

L-aħħar sottomissjoni li daħlu kienu mill-jott Svediż Blur u l-jott Ingliż Akouavi. Dawn ġabu it-total tal-lista tad-dħul għal 101.

Il-lista tad-dħul hija magħmula minn ekwipaġġi professjonali u dilettanti, b’jottijiet multihulls u monohulls, maxis u jottijiet żgħar.

L-Italja tibqa l-iktar pajjiż li bl-ikbar rappreżentanza. Il-jottijiet Taljani rebħu r-Rolex Middle Sea Race f’14-il okkażjoni.

It-42 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race tibda nhar is-Sibt, 23 ta ‘Ottubru 2021.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League