Futbol lokali
Tim nazzjonali Malti: Saintfiet isejjaħ skwadra proviżorja ta’ 25 plejer

Uċuħ ġodda, oħrajn ġodda, u anke uċuħ neqsin fl-iskwadra nazzjonali Maltija li se tiffaċċja lil-Lussemburgu u lill-Finlandja f’żewġ partiti ta’ ħbiberija fi spazju ta’ erbat ijiem: waħda hawn Malta, waħda barra.

Il-coach tat-team nazzjonali Malti Tom Saintfiet sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 25 player li trid titnaqqas għal 23 qabel l-ewwel partita kontra l-Lussemburgu f’Ta’ Qali nhar il-Ġimgħa 22 ta’ dan ix-xahar: tliet goalkeepers, għaxar difensuri, seba’ players ta’ nofs il-ground, u ħames attakkanti. Sitta minnhom huma bażati barra: mal-istabbiliti Myles Beerman, Sam Magri li huwa dubjuż għax imweġġa’, Luke Gambin, Jean Paul Farrugia, u Andrè Schembri, jiżdied l-isem ġdid ta’ Mitchell Mallia: midfielder ta’ 26 sena b’passaport Malti li jilgħab ma’ Blacktown City fin-National Premier League ta’ New South Wales fl-Awstralja. Mallia b’danakollu għad jonqsu l-clearance tal-FIFA biex jilgħab għal Malta billi diġà lagħab għall-Awstralja fil-livell ta’ taħt is-17 u t-23 sena.

Fl-iskwadra anke Jean Borg qabel isieħeb lit-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena għall-partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropew kontra t-Turkija. Jispikka min-naħa l-oħra n-nuqqas tal-veteran Clayton Failla li skont Saintfiet huwa biex jipprova players ġodda fuq ix-xellug. Il-partiti kontra l-Lussemburgu u kontra l-Finlandja erbat ijiem wara fit-Turkija se jkunu t-tieni test ta’ Saintfiet kemm ilu li ħa t-tmexxija tat-team Malti f’idejh wara d-debutt b’telfa ta’ 3-0 mal-Estonja: u se jservuh biex jevalwa l-iskwadra tiegħu kontra timijiet tal-kalibru li Malta se tilgħab kontrihom fil-kompetizzjoni ġdida tal-UEFA Nations League aktar tard dis-sena.

Kemm il-Lussemburgu u l-Finlandja għandhom pożizzjoni ogħla sew minn Malta fir-rankings tal-FIFA. Il-Lussemburgu b’mod għamlu progress impressjonanti: għalkemm fl-aħħar konfront bejn iż-żewġ timijiet nazzjonali fil-Lussemburgu fl-2012: inċidentalment l-ewwel partita tal-coach ta’ qabel Pietro Ghedin fit-tieni ċiklu tiegħu fil-gwida tat-team: kienet Malta li ħarġet rebbieħa 2-0.

Malta – Lussemburgu: nhar il-Ġimgħa 22 tax-xahar fis-6 ta’ filgħaxija fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali: dħul €5 fl-enclosure, u b’xejn għat-tfal u għal min għandu s-season tickets tal-clubs.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Floriana……0 Birkirkara…2 F’logħba xotta mill-azzjonijiet Birkirkara akkwistaw tliet punti importanti. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara għaxar minuti loghob hekk kif pass fi tul Junior Cabral li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Gżira Utd……..3 Hibernians……2 Gżira jerġgħu jitilgħu jokkupaw l-ewwel post fil-kampjonat premier hekk kif għelbu lil Hibernians 3-2,  bla dubju kienet logħba kumbattuta tul id-90 minuta bi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Tarxien………….2 Hamrun…………1 Fir-4 ġurnata tal-Kampjonat Premier Hamrun Spartans ħadu l-ewwel telfa tal-istaġun u naqsu milli jitilgħu fil-quċċata tal-klassifika hekk kif fil-Victor Tedesco Stadium Tarxien meritatament għelbu…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 St. Andrews……0 Sliema……………2 Meritatament Sliema jieħdu t-tlett punti fuq St Andrews b’gowl f’ kull taqsima. Sliema ħadu t-tielet rebħa fil-kampjonat BOV Premier meta kontra St Andrews…

Aktar