Motorsport
Motorsport – Ikompli l-kampjonat tal-ASMK

Nhar il-Ħadd li ġej 20 ta’ Mejju, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ser tkompli bil-kampjonat Nazzjonali tal-Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Matul din l-attivita’ id-ditta internazzjonali ‘Monster Energy’ se tkompli t-tour tagħha madwar id-dinja, din id-darba f’pajjiżna fejn il-Ħadd se jkunu fil-korsa ta’ Ta’ Qali waqt l-attivita’ tal-Motocross u l-Autocross.

Intant, nhar is-Sibt li għadda, l-ASMK kompliet bil-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 fejn ġiet organizzata il-ħames attivita’ fil-Whiterocks Pembroke.

Fil-Pole Position Joseph Scicluna fuq KTM iddomina bl-aħjar ħin tiegħu ta’ 5 minuti 25 sekonda punt sitta wieħed zero ta’ sekonda. Scicluna kien segwit min Bernard Sammut u Matthew Gauci. Sammut u Gauci ikkompetew fuq muturi Beta.

It-taqtiegħa mal-ħin bdiet wara l-Pole Position fejn kull rider kkompeta f’zewġ heats fil-klassi tiegħu. Fi Klassi A kien James Zahra fuq Sherco li rreġistra l-aħjar ħin ta’ 4 minuti 54 sekonda punt wieħed erbgħa tnejn ta’ sekonda. Flimkien ma’ Zahra kien hemm jikkumbattu Scicluna u Sammut iżda minkejja l-isforzi kollha tagħhom ma rnexxiehomx jissuperaw l-aħjar ħin ta Zahra.

Fi Klassi B kien Gabriel Muscat fuq KTM li ddomina din il-klassi bl-aħjar ħin tiegħu ta’ 5 minuti 50 sekonda punt wieħed ħamsa żero ta’ sekonda. Muscat spiċċa segwit minn Aidan Camilleri fuq KTM u Krist Falzon fuq Husqvarna.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

It-Taljan Andrea Dovizioso fuq Ducati rebaħ il-Grand Prix tar-Repubblika Ċeka segwit mill-Ispanjol Jorge Lorenzo fuq Ducati wkoll. Marc Marquez fuq Honda spiċċa fit-tielet post. Marquez, erba’ darbiet champion tad-dinja tal-Moto…

Motorsport

Andrea Dovizioso fuq Ducati għamel l-aħjar ħin biex fil-Grand Prix ta’ għada fir-Repubblika Ċeka se jkun qed jitlaq mill-Pole Poisition qabel il-komptarijott tiegħu Valentino Rossi. Fit-tielet post mill-ewwel filliera wkoll…

Motorsport

Is-sewwieq Malti Josef Calleja ħa sehem fir-raba’ rawnd tal-kampjonat MSA Time Attack tal-Ingilterra f’Oulton Park Circuit fit-28 ta’ Lulju. Din is-sena Calleja beda jsuq fi klassi ogħla magħrufa bħala Club…

Aktar