International Sports
It-tieni tellieqa tal-Ultra SkyMarathon, did-darba f’Madeira

F’Madeira, il-Portugall, saret it-tieni tellieqa tal-Ultra SkyMarathon, bl-Iskoċċiż Jonathan Albon u l-Olandiża Ragna Debats joħorġu rebbieħa fil-kategoriji tagħhom.

L-atleti, li kienu qegħdin itellqu ġol-isħab u kultant anke fuqu, kellhom distanza ta’ 56 kilometru, fejn 4,100 metru minnhom kienu sabiex jaslu fl-ogħla quċċata tal-gżira, 1,861 metru mil-livell tal-baħar.

Fil-kategorija tal-irġiel, it-taqtiegħa kienet bejn l-Iżvediż Andre Jonsson, ir-Russu Dmitry Mityaev u l-Iskoċċiż Jonathan Albon, b’dan tal-aħħar ikun fuq quddiem għal ħafna ħin mit-tellieqa. Albon spiċċa t-tellieqa wara ħames sigħat, 47 minuta u 57 sekonda, seba’ minuti quddiem Jonsson li spiċċa fit-tieni post, u disa’ minuti qabel Mityaev li daħal it-tielet.

Fil-kategorija tan-nisa, l-Iżvediza Emile Forsberg damet għal aktar minn nofs it-tellieqa fuq quddiem, sakemm inqabżet mill-Olandiża Debats li rnexxielha ttemm it-tellieqa wara sitt sigħat, 45 minuta u 9 sekondi. Forsberg daħlet fit-tieni post filwaqt li l-Ispanjola Nuria Picas daħlet it-tielet.

It-tellieqa li jmiss mill-Ultra SkyMarathon se ssir fil-Lombardija, l-Italja, fis-16 ta’ Ġunju.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

L-edizzjoni tal-lejla ta’ TVM Sport fid-8.45pm fuq TVM2 se tkun dedikata kollha kemm hi għad-39 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. L-edizzjoni ta’ din is-sena li se tkun qed tfakkar il-50…

International Sports

F’Jersey fiċ-Channel Islands għada u l-Ħadd, l-ewwel tappa tal-edizzjoni 2018-19 tas-Super League Triathlon li jlaqqa’ l-aqwa atleti nisa u rġiel tad-dinja f’din id-dixxiplina. Il-league jikkonsisti f’ħames tappi b’kollox: bit-tieni waħda…

International Sports

L-Amerikana Courtney Conlogue rritornat lura f’darha bil-kbir meta rebħet l-Open tal-Istati Uniti, is-seba’ round fil-Kampjonat Dinji tas-Surf, meta għelbet lill-Awstraljana Stephanie Gilmore. Conlogue, li s-sena li għaddiet spiċċat fir-raba’ post,…

International Sports

Diversi nies inġabru ħdejn ix-xmara pittoreska ta’ Lucerne fl-Iżvizzera, fejn hemmhekk saru r-Red Bull Cliff Diving World Series. Minn għoli konsiderevoli, diversi għawwiema għamlu l-qabża, bis-sitt darbiet ċampjin Gary Hunt,…

Aktar